Bżonn urġenti ta' restawr fil-Knisja tal-Birgu

13:23  |  28.09.2012

L-Arċipriet tal-Birgu Fr. Joe Cilia tkellem dwar il-bżonn urġenti li jsir restawr fuq l-irħam li hemm fil-knisja parrokkjali ta' San Lawrenz fil-Birgu. “Il-problema hi li m'hawnx fondi biżżejjed biex issir dan ir-restawr,” kompla l-Arċipriet.

L-Arċipriet żied jgħid li mill-ġbir fil-knisja jirnexxielhom jagħmlu biss l-ispejjeż ta' kuljum u li mingħajr l-għajnuna ta' xi benefatturi ma jkunux jistgħu jagħmlu aktar proġetti. Però Fr. Cilia żied jgħid li l-Knisja San Lawrenz għandha bżonn ħafna fondi għar-restawr tal-irħam li jinsab fi stat perikoluż ħafna.

Ray Bonnici, 'property manager' tal-Kurja qal li dan huwa wieħed mill-każi ta' problemi li hemm fil-parroċċi Maltin. Bonnici qal li f'Malta għandna ħafna rikezzi reliġjużi u qal li filwaqt li fil-parroċċi l-ġodda jkun hemm bżonn il-flus biex jitlestew dawk qodma jkollhom bżonn il-fondi għat-tiswijiet u restawr. “Dan huwa każ wieħed partikolari li huwa urġenti,” kompla Bonnici.

Huwa spjega kif fil-knisja ta' San Lawrenz hemm erba' pilastri miksija bl-irħam u li għandhom 'il fuq minn mitt sena, u li għalhekk l-irħam irid ikun restawrat u mhux mibdul. Il-Kurja stmat ix-xogħol li hemm bżonn li jsir u l-ispiża tista' tlaħħaq il-€120,000.

Il-parroċċa tal-Birgu ġabret flus għall-pilastru tal-irħam wieħed minn erbgħa u għalhekk l-appelli għall-iktar fondi. F'din il-parroċċa wkol, spjega Bonnici, hemm bżonn li jsir restawr ta' pittura ta' Cali.

Ritratti: Ray Attard 

  • Ritratti: Ray Attard
  •  
  • Ritratti: Ray Attard
  •  
  • Ritratti: Ray Attard
kummenti
6
 
(imla l-kaxxi kollha)
Isem
Imejl
Telefon
Kumment

Rita Daccache

   Fri 05-Oct-2012, 17:56

I've sent a comment earlier on, but it wasn't published, like the rest of the people's comments.
Did I lie about something, or did someone stop you from publishing it???
Everybody knows the truth, but they choose not to publish it, as respect to the villian....being a priest of course!!!
A "kanonku" to be exact :)

Hmmm

   Tue 02-Oct-2012, 16:25

To those who say that the church has excessive righes, it is worth nothing that these are LIABILITIES not assest. Can the church, for a gross fictitious example, sell the Caravaggio at St. John's to cover costs in repairing these parishes. The answer is an obvious NO. Not only that, it has to fork out money for security, for ambience etc.

The church might also, for another gross example, stop providing the Dar tal-Providenza services, which cost a lot of money. You might be shocked, but is not such a service the duty of the nation to give rather than the Church ? The Dar tal-Providenza,, in the spirit of St. Lawrence, IS the Church's riches after all even though it cannot be capitalised and is also a burden rather than an asset.

So please, be fair in your comments

domesticengineer

   Mon 01-Oct-2012, 21:06

ghanda tant rikezzi il kurja possibli li ma tistax tatikom il flus alla jghinkom kienu jejdulna fi zmiena.

Lawrence

   Sat 29-Sep-2012, 00:39

Il-Parrocca ghanda iddahal sistema ta donazzjoni ghat turisti li jigu jaraw din il-gawra ghalijna il- Vittoriosani u ghal poplu MALTI. Jek nitolbu donazzjoni ta 30 cents ghal kull turist li jidhol gewwa il-knisja ikun bizzejed, u fi ftit zmien inkunu nistaw inkopru parti sostanzjali min din lispiza.

Rita Daccache

   Fri 28-Sep-2012, 22:52

IL-KNISJA TAL BIRGU, KIENET L-IZJED KNISJA SINJURA GO MALTA!!! FEJN MARRU L-FLUS TAL ARTIJIET LI KELLHA GO WIED-IL-GHAJN, CERVIOLA HOTEL AREA AND BEYOND. U KIF, U LIL MIN TQASSMU L-ARTIJIET LI JISWEW MILJUNI TA LIRI????? MIN SERAQ BIEX PAXXA L-FAMILJARI TIEGHU, GHANDU JHALLAS GHAL HSARAT TAL KNISJA, NKELLA MA JARAHX WICC ALLA!!!!!!!!!!! BIEX ISSA QED JARAW KIF SE JAQBDU JIGBRU L-LOQOM MINGHAND IN-NIES!!!!

cikku l poplu

   Fri 28-Sep-2012, 18:02

the "church" should sell some of it's richness and not ask the people to make more donations!