Aġġornat (4): Tnax -il daqqa ta' sikkina... sparati wkoll xi tiri

22:52  |  27.09.2012

Aġġornat, 21.50: Minn informazzjoni li għandu inewsmalta.com, jidher li għalkemm kienu sparati xi tiri ta' arma tan-nar, il-vittma ma ntlaqtitx minn arma tan-nar. Hija ġarrbet 12-il daqqa ta' sikkina. Aktar tard il-vittma kienet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi iżda ma tinstabx fil-periklu tal-mewt. Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia li ħatar diversi esperti biex jassistuh fl-inkjesta. 

Huwa mifhum li xi snin ilu s-suspettat kellu każ simili. Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-każ.

18.40: Għall-ħabta tas-18.05, il-Pulizija kienu infurmati li kien hemm mara feruta fl-inħawi tal-Farsina, f'Ħal Qormi.

Minn informazzjoni li kiseb inewsmalta.com jidher li żewġ infermieri tal-MMDNA kienu f'karozza - tal-istess MMDNA - ipparkjata u magħhom kien hemm raġel ta' madwar 30 sena minn Ħal Qormi. F'ħin minnhom ir-raġel u l-vittma mara ta' 44 sena bdew jargumentaw. Dak il-ħin ir-raġel niżel mill-karozza u mar lejn in-naħa tas-sewwieq tal-karozza fejn kien hemm il-vittma. Ir-raġel dak il-ħin instema' jhedded lill-vittma. Il-vittma wkoll ħarġet mill-karozza u baqgħu jargumentaw.

F'ħin minnhom ir-raġel deher li kellu arma f'idejh. Dak il-ħin il-kollega tal-vittma telqet tiġri minn fuq il-post issejaħ għall-ajjut. Waqt li kienet qed tiġri semgħet dawk li kienu qishom tiri ta' arma tan-nar u x'ħin ħarset lura rat lill-agressur jaħrab bil-mixi minn fuq il-post. Il-vittma nstabet f'għadira demm u b'ferita gravi fuq wiċċha u anke fil-ġenb tagħha. Għadu mhux magħruf x'tip ta' arma ntużat jekk kellux sikkina kif ukoll arma tan-nar.

Fuq il-post marru l-Pulizija tal-Mobile u tad-Distrett immexxija mill-ispettur Roderick Zammit u s-surġent Dennis Agius. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.

Immedjatament il-Pulizija bdiet tfittxija għall-allegat aggresur fl-inħawi ta' Santa Venera u l-Ħamrun, però s'issa għadu ma nstabx.

 

Ritratti: Charles Marsh / Rapportaġġ: John Pisani 

  • Ritratti: Charles Marsh
  •  
  • Ritratti: Charles Marsh
kummenti
4
 
(imla l-kaxxi kollha)
Isem
Imejl
Telefon
Kumment

Therese Zammit

   Thu 27-Sep-2012, 23:37

Wasal iz-zmien li nibdew innehu xi ftit 'cowboys' minn ma ssaqajn, mhux kullhadd jaghmel li rrid. Issa ahjar ghax jekk ma naqbilx ma dak li jkun noqtlu,M.hemmx gustizzja,kull min jaghmel reat johrog jigri mas-saqajn, taparsi bi pledge, bil periklu ghan nies ,u hafna drabi ikun recediv.

D. Xikluna

   Thu 27-Sep-2012, 21:48

issa billi johorgu r-ritratt imbaghad jinqabad u johrog illiberat x`jiswa. Wasal iz-zmien li naghmlu protesta quddiem il-bini tal-qorti minhabba l-attitudni tal-Imhalfin u magistrati. Qorti tan-nejt u imsieken il-pulizija.

leon becham

   Thu 27-Sep-2012, 20:23

show photos to the public for help to catch the criminal!!!!!!

cittadin

   Thu 27-Sep-2012, 19:47

min jaf kieku jinhareg ritratt ta lagressur