![]() |
Xemxi |
|
18° C |
|
12° C |
|
3 |
|
80% |
86 - 26 - 16 - 68 - 03 - 69 - 60 - 28 (11 ta' Mejju 2013)
24 - 13 - 19 - 45 - 37 (15 ta' Mejju)
Saviour Mangion, ta 47 sena miż-Żejtun, għada t-Tnejn mistenni jibda jgħaddi ġuri dwar il-qtil ta’ Maria Stella Magrin. Dan il-qtil seħħ fit-30 ta’ Ottubru tal-1986. Mangion, magħruf bħala Kalanġ, huwa meqjus bħala l-uniku 'serial killer' Malti. Fil-fatt diġà nstab ħati ta’ żewġ omiċidji oħra.
Maria Stella Magrin, anzjana ta’ 68 sena, kienet instabet maqtula f’għadira demm f’darha. Mill-awtopsja kien irriżulta li l-vittma qalgħet 13-il daqqa ta’ sikkina. Mangion kien tressaq il-Qorti għall-ewwel darba b’rabta ma’ dan il-każ f’Mejju 2005.
F’Lulju ta’ din is-sena, Mangion għadda minn ġurin biex ikun deċiż jekk hux mentalment stabbli biex jgħaddi ġuri. Se jkun l-Imħallef Michael Mallia li jippresedi dan il-ġuri.
Fil-ġurin li kien instema’ quddiem l-Imħallef Lawrence Quintano, Mangion kien instab li huwa mentalment stabbli biex jgħaddi ġuri b’seba voti kontra tnejn.
Mangion qed jiskonta sentenza ta’ 21 sena ħabs, wara li ammetta minflok flok għadda ġuri li fis-16 ta’ Awwissu, 1998, qatel lil Francesco Saverio Cassar, anzjan ta’ 75 sena li kien ġar tiegħu. Dakinhar għal ftit ma kienx qatel ukoll lil mart il-vittma, Ġużeppa li kellha 71 sena, li llum hija wkoll mejta.
Apparti hekk, Mangion qed jiskonta piena oħra ta’ għomor il-ħabs wara li fi tmiem ġuri, kien instab ħati li fil-lejl tat-8 ta’ Frar, 1984, kien qatel lil Rożina Zammit b’37 daqqa ta’ sikkina wara li daħal f’darha biex seraq is-somma ta’ madwar Lm 200 (€466).
Ritratt: Meta sar l-aċċess fuq il-post tad-delitt fl-1986.
Meta tghaddi proceduri biex jarawx int fit biex tghaddi guri, jissejah gurin u mhux guri. Ghax guri zghir.
Naħseb ridtu tiktbu li Mangion għadda minn ġuri mhux Magrin alla jaħfrilha. u għadda minn ġuri mhux minn ġurin.
Tat taxis ma kienx Malti imma Tunezin. Biss bhala Maltin, ghandi id dubju tieghi jekk hux l uniku wiehed.
l-Arttiklu ta` hawn fuq jghid Serial Killer Malti u mhux Serial Killer f`Malta. Dawk il-persuni ta` kienu wettqu sensiela ta` delitti nkluz dak tat-Taxi kienu ta` nisel barrani u mhux maltin
@ domesticengear
Iva, naqbel, imma wara u jekk jinstab hati biss.
Kurzita - dawk il-murders tat taxi, mhux serial killers ukoll dawk?
HABS GHAL GHOMRU GHANDU JEHEL ISMU MIGHOW SERIAL KILLER MHUX TAJJEB GHAL MA NIES