![]() |
Xemxi |
|
18° C |
|
12° C |
|
3 |
|
80% |
86 - 26 - 16 - 68 - 03 - 69 - 60 - 28 (11 ta' Mejju 2013)
24 - 13 - 19 - 45 - 37 (15 ta' Mejju)
Il-Kummissarju Ewropew John Dalli qal li llum għandu diversi mistoqsijiet dwar il-Partit Nazzjonalista.
“Jien, kif għedtlek, għandi t-twemmin politiku tiegħi. L-aktar partit li matul ħajti indirizza t-twemmin tiegħi kien il-PN. Illum qed nara l-partit jittrasforma u għandi ħafna mistoqsijiet għax il-PN kif inhu llum ma jikkomparax ma’ dak li nemmen jien,” qal John Dalli f’intervista ppubblikata fil-gazzetta t-TORĊA.
F’intervista ma’ Mark Camilleri, li ffokat dwar temi li jolqtuh bħala Kummissarju Ewropew, John Dalli kien mistoqsi dwar il-qagħda politika f’pajjiżna. Hu ddeskriva lilu nnifsu bħala “osservatur.”
“Jien nosserva l-ispektrum politiku kollu u jien, f’Malta, nappoġġja bis-sħiħ lil dawk li jiżirgħu l-għaqda u mhux il-firda. Jien nemmen ukoll li aħna kollha Maltin; Malta hija tagħna lkoll u lkoll aħna nvoluti biex immexxu din il-gżira li tagħmel il-mirakli. U għalhekk jien osservatu,” qal Dalli li esprima wkoll tħassib dwar l-istat tad-demokrazija f’pajjiżna.
“Qed nosserva l-kampijiet politiċi u nara min eżattament hu kredibbli u x’tip ta’ politika jħaddan - mhux biss li jippriedka imma li jwettaq. Jien favur l-għaqda u favur id-demokrazija sħiħa li tfisser li kull individwu għandu jħoss li għandu l-istess saħħa daqs ħaddieħor. Nemmen ukoll li għandna jkollna sistema qawwija ta’ solidarjetà. Sistema ta’ solidarjetà għandna imma fuq l-istat ta’ demokrazija f’pajjiżna bħalissa jien kemxejn inkwetat,” qal Dalli.
Jien lil John Dalli ninzalu l-kappell . wiehed mil pajuniri ta' ex mejjex Eddie Fenech adami li bidel lil malta ta taht fuq u rega gab il-paci fostna kolla ( laburisti u nazzjonalisti ) Ma hemmx alfejn nahsbu hafna li dak li ghamlu ta qabel kollu indahhan min Lawrence Gonzi u x- xbika ta hazen ta nies li ghandu imdawrin mieghu. Jien ma noqodx inlaqlaq " sakemm jibqa hemm Gonzi VOT iehor minhandi ma johdux " Grazzi ta l-ispazju li tajtni biex nesprimi l-opinjoni tieghi .
META KIEN MINISTRU KIEN JEJD XEJN MU BXEJN IMMA IL MID MED BXEJ TAH
Jekk ghamel certu gaffes bhal tal-MidMed, ghallinqas hu politiku u ma jghajjarx. Kien jikkritika fejn kellu bzonn jikkritika, u qatt ma kien supperv!
Veru li John Dalli ihossu imweggha mil partit tieghu stess imma ma irridux ninsew ta meta hu kien Ministru biegh il bank Midmed lil HSBC bil karawett u ukoll ma irridux ninsew ta meta il polyclinics qal li in nies imorru hemm sa biex joqodu jitkellmu bil lejl ghax ma jkunux jistghu jorqdu u naqqas it tobba mil Clinici,hawn Malta ghandna habta li ninsew wisq kulhadd jitkellem fejn jinqaras hu l'ewwel jien it tieni jien u nibqghu sejrin biha.
Dak kollu li stqarr John Dalli juri car hafna kemm verament il-PN sar Partit Negattiv.
Il-Kummissarju John Dalli hu kaz li lili jweggaghni hafna. Kellna ragel ta' stoffa li rajna kif ghamilna u biex naghlqu halqu tfajnieh lil hinn minn xtutna.
Iz-zmien biss ghad jaghmel gustizzja mieghu. Nemmen li qed jaghmel xoghol tajjeb minn fejn qieghed, imma finalment Malta tilfet il-kontribut dirett tieghu.