![]() |
Xemxi |
|
18° C |
|
12° C |
|
3 |
|
80% |
86 - 26 - 16 - 68 - 03 - 69 - 60 - 28 (11 ta' Mejju 2013)
24 - 13 - 19 - 45 - 37 (15 ta' Mejju)
Flimkien Għal Ambjent Aħjar (FAA) qalet fi stqarrija li hija mħassba ħafna dwar il-pjan li jitneħħew 38 siġra mix-xatt tal-Isla. L-FAA qalet li dan it-tħassi jikber wara li diġà nqerdu għadd ta’ siġar quddiem is-Santwarju tal-Mellieħa u d-deċiżjoni li se jinqalgħu wkoll siġar f’Kennedy Grove u quddiem il-lukanda Phoenicia, il-Belt.
L-FAA qalet li filwaqt li tappoġġja t-tisbieħ fi tliet ibliet tal-Kottonera, l-FAA qalet li dawn is-siġar għandhom 56 sena u huma fost l-eqdem fl-Isla. L-FAA għamlet referenza għal dak li qal kelliem għal Grand Habrour Regeneration Corporation meta semma kif l-għeruq ta’ dan is-siġar jistgħu jagħmlu ħsara lill-pavimentar li se jsir. L-FAA qalet li din mhix raġuni ġustifikabli għat-“tbiċċir” ta’ iktar siġar għax stħarriġ tal-Korporazzjoni tal-Ilma juri kif l-għeruq mhumiex iħallu ħsara fil-post li kien deskritt bħala l-uniku post miftuħ li baqagħlhom in-nies tal-Isla.
KUDELTA MA SIGAR UKOLL ISA X'FASTIDJU JGHATU MELA GHAL HA JDURU IL QALZIET TA TAHT JONQOS INEHILNA IS SIGAR SABIEH TANT.
ghadni gejja min pajjiz mimli sigar u hdura imma xorta wahda ghandhom ligi li quddiem kull bini li jitla iridu jhawlu sigra kull tant metri. Anke fit-toroq il-godda jithawlu s-sigar kif jitlestew mill=lum ghal ghada tara d-differenza. Ahna le, neqirdu l-ftit li ghandna u li kabbarna b=tant tbatija. Veru bla sens. Tonina
Sigar bhal dawk li jikbru relatevamnet bil-mod, idumu madwar 50 sena biex jigu dak id-daqs. Dawn isebhu l-ambjent u jtaffu ftit mil-kruwa tal-bini li nsibu kullimkien madwarna!
Li taqla sigar bhal dawk ma huwa xejn hlief li tkun tfajt l-ambjent Malti pass iehor lura flokk il-quddiem. Trid 50 sena ohra biex ikollok sigar bhalhom u daqshom.
Dawn is-sigar addattati hafna ghal-ambjent u l-klima Maltija u jghamlu lill-pajjizna naqra aktar ahdar is-sena kolla!
Ghax peress li Malta mimlija sigar... aktar qed inehhu minnhom!! Dan ghalfejn?