Ħal Safi miġbur wara tifel ta' tliet snin

10:18  |  22.09.2012

Kyle huwa tifel ta' tliet snin u nofs li ftit xhur ilu nstab li beda jbati mill-marda kiefra tal-Leucemia.

Minn dak inhar, ħajtu u l-ħajja tal-ġenituri tiegħu inbiddlet ta' taħt fuq. Kyle ma baqax dak it-tifel ferrieħi li jidħak lil kulħadd u li jieħu gost ikun ħdejn nies oħra. Anzi minħabba l-kimoterapija, kemm jista' jkun Kyle kellu jinżamm f'iżolament minħabba li s-sistema immunitarja tiegħu ddgħajfet sew u jkun aktra f'riskju ta' infezzjonijiet. Lanqas l-iskola ma seta' jibqa' jmur.

“Il-ħajja nbidlet ta' taħt fuq. Kyle spiċċa ngħalaq fih innifsu. It-tifel inbidel u minn tifel daħkan, spiċċa tifel imnikket. Ma kien qiegħed ikellem lil ħadd. Ma setax jaċċetta dak li għaddej minnu,” qalu l-ġenituri tiegħu Marion u Anthony Catania lill-ġurnal orizzont.

Grupp ta' żgħażagħ minn Ħal Safi, il-post li jgħixu l-familja Catania, xtaqu b'xi mod jgħinu lil dan it-tifel. Permezz ta' dawn iż-żgħażagħ Kyle beda jmur fil-grawnd tal-futbol ta' Ħal Safi, bogħod mill-periklu ta' folol ta' nies.

“Haw rajna li t-tifel reġa' beda jkun Kyle li konna nafu. Erġajna bdejna narawh bi tbissima. Għalina dawn iż-żgħażagħ għamlu mirkalu,” komplew il-koppja Catania.

Minħabba li l-kimoterapija ma ħadmitx biżżejjed, Kyle se jkollu bżonn trapjant tal-mudullun. Minħabba dan il-familja ta' Kyle għandha bżonn kemm fondi kif ukoll demm għal Kyle. Għalhekk dawn il-grupp ta' żgħażagħ qegħdin jorganizzaw sensiela ta' attivitajiet.

Fis-6 ta' Ottubru bejn it-8.30 u s-13.00 fil-pjazza ta' Ħal Safi se jkun hemm il-Blood Mobile Unit tant bżonnjuż għal Kyle. Dakinhar se jkun hemm ukoll festival sħiħ, turnament tal-futbol u anke carwash. Fis-7 ta' Ottubru se jkunu organizzati diversi attivitajiet f'Ħal Safi fosthom wirja ta' karozzi, dancing castles u attivitajiet oħra. Fl-14 ta' Ottubru se ssir charity walk. Iż-żgħażagħ Safin qegħdin iħeġġu lill-pubbliku inġenerali biex jattendi bi ħġaru għal dawn l-attivitajiet.

kummenti
17
 
(imla l-kaxxi kollha)
Isem
Imejl
Telefon
Kumment

Y Zammit

   Thu 27-Sep-2012, 12:01

Iccekkjaw din il-pagna fuq facebook:

https://www.facebook.com/AidForKyle

sandra mallia

   Wed 26-Sep-2012, 17:55

Nista inkun na xi numru ta xi hadd li qed jorganizza please, ghax nixtieq nghin.
Grazzi

Kurt Grech

   Wed 26-Sep-2012, 08:16

Prosit lil dawn iz zghazagh kollha li qed jiehdu hsieb dawn l attivitajiet kollha. Inheggu lil hafna nies jattendu.... Kull min qed jara dan l artiklu missu jaghmel copy u paste fuq facebook halli hafna nies ikunu jistghu jattendu bi hgarhom ghal dawn l attivitajiet.... Prosit ghal darb ohra....

mariella micallef

   Tue 25-Sep-2012, 16:28

hemm hafna aktar tfal morda bhal karl. l-isbah haga tkun jek nitolbu ghalihom... ghall-bqija Alla ma jinsiex ghasfur tal-bejt, zgur mhux se jinsa lil dawn l-angli zghar!

toni

   Tue 25-Sep-2012, 12:32

kurag il mulej mux serjinsikom il miraklu diga jinhas flajnuna ta tant zazah u il kbier qat tarawh gej il miraklu li tant tixtiqu muwix il bod mulej qati il dan langlu tijek is sahha u gibu bhal qabel halli kemm it tifel u il genituwri jibdew hajja qekk imsejha normali

manuel

   Mon 24-Sep-2012, 23:54

Proset lil dawn zghazagh qalb ta kbiera , u flis stess hin niftakru fit talb taghana ghal Kyle u familja Kuragg ,.

c.tanti

   Mon 24-Sep-2012, 17:58

Qed taraw kif hawn zghazagh b qalb kbira PROSIT.

Joseph

   Mon 24-Sep-2012, 13:07

May I suggest if his parents believe that miracles are still happening, and do not give up hope but to take their son Kyle Catania to be prayed on by members of the Marana Tha' Community of C'Paola - Raħal Ġdid fil-Parrocca Our Lady Of Lourdes) [with an appointment) or in my opinion it is better if they first attended to the next Healing Service at Madonna Tal Karmu, Santwarju Bazilika, Belt Valletta on the 26th October at 7 pm.

Karen Farrugia

   Sun 23-Sep-2012, 15:17

Prosit tassew lil dawn il-qlub ġenerużi li qed jagħmlu minn kollox biex joħloq tbissima fuq wiċċ Kyle.

Melanie Sarcia

   Sun 23-Sep-2012, 12:02

Jekk tkunu ser torganizzaw xi tip ta bazaar, kelmuni pls jew cemplu fuq 99424770. Ghandi xi kaxxi b'xi affarijiet biex filkas nghaddijomkhom.

Carmen Cilia

   Sat 22-Sep-2012, 20:04

Kemm hi kiefra li tara tarbija timbidel habta u sabta.....kemm hi sabieha li zaghzagh jmiddu idejhom u jghatu l-ghajnuna kif jistghu. Jien ser inkun maghkom avolja ma nafx min hu dan l-anglu. Kuragg hi!

sylvia mifsud

   Sat 22-Sep-2012, 18:00

Qghedin taraw kwmm hawn zghazagh b,qalb kbira!!!!!!!!!!!

Marlene

   Sat 22-Sep-2012, 17:47

kif naghmlu biex nkunu nistaw nigu l fun walk pls? tks

Claire Peresso

   Sat 22-Sep-2012, 17:40

Kyle ahna kolla warajk Tezor !!! Inhobbuk mmens ... u min kollox ha naghmlu biex narawk ferhan bhal qabel xxx

stephen scicluna

   Sat 22-Sep-2012, 11:56

Kemm hi haga sabiha tara zghazagh jahdmu minn qalbhom ghall-kawza gusta bhal din. Haqqhom l-appogg kollu taghna

josephine cutajar

   Sat 22-Sep-2012, 11:40

kuragg lil familja kollha il genorizita tal poplu malti u ghawci tafu kemm hija kbira cirkustanzi bhal dawn kulhad jinaqad u jejn mil li jista kul qatra tejn

Josepha

   Sat 22-Sep-2012, 11:13

a good helping spirit.... very well done to these boys and girls who r giving their time to help others...
a very good example to be followed by others...