![]() |
Xemxi |
|
18° C |
|
12° C |
|
3 |
|
80% |
86 - 26 - 16 - 68 - 03 - 69 - 60 - 28 (11 ta' Mejju 2013)
24 - 13 - 19 - 45 - 37 (15 ta' Mejju)
Il-Malti mdorri jintefa’ fil-każin tal-Labour jew tal-PN, iżda qatt ma kien hemm bar li jospita lit-tnejn li huma f’daqqa qabel Franco’s Bar. Dan kien il-kumment ta’ Chrysander Agius ma’ inewsmalta.com dwar ir-rally tas-satira “Għax Hekk! 2012” li qiegħda tkun organizzata bejn għada u s-Sibt fit-teatru tal-Griegi, f’Ta’ Qali.
Agius qal li se jkun hemm bosta karattri bħal dawk taż-Żobblu, Michelle n-Nazzjonalista, il-MEPA, l-AirMalta, il-fattiga u ħafna oħrajn li se jkunu qegħdin iżuru dan il-bar.
“Għax Hekk!” għandha kitba u direzzjoni ta’ Chrysander Agius u mużika miktuba minn Joe Demicoli. F’din ir-rally tas-satira se jkunu qegħdin jieħdu sehem bosta atturi bħal Ian Fenech, Domnic Aquilina, Maryrose Mallia, Tiziana Calleja, Veronica u d-dulli li se jimlew il-palk tat-teatru Grieg b’daħk li hu garantit.