![]() |
Xemxi |
|
18° C |
|
12° C |
|
3 |
|
80% |
86 - 26 - 16 - 68 - 03 - 69 - 60 - 28 (11 ta' Mejju 2013)
24 - 13 - 19 - 45 - 37 (15 ta' Mejju)
Rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-investiment fl-infrastruttura tal-enerġija li kien mikxuf fl-aħħar jiem, juri kif il-pajjiżi Ewropej qegħdin ikunu mħeġġin biex iħaffu fil-konnessjonijiet mal-grids tal-elettriku u l-gass.
Fil-fatt, fost il-pajjiżi li jiġu mħeġġin biex iħaffu tissemma Malta, flimkien mal-Estonja, il-Litwanja, il-Latvja, Ċipru, Spanja u l-Portugall li fir-rapport qed jingħad li huma “gas islands” għax għad m’għandhomx biżżejjed konnessjonijiet strutturali mal-kumplament tal-Unjoni Ewropea. Sal-lum Malta għad m'għandha l-ebda konessjoni mal-grid Ewropew u l-gvern qiegħed jaħdem fuq il-proġett tal-interkonnekter ma' Sqallija. Għalkemm dan ix-xogħol waqa' lura b'diversi snin.
Barra minn hekk, dan ir-rapport jiffoka wkoll u b’aktar serjetà fuq id-dipendenza minn fornitur wieħed f’pajjiżi bħas-Slovakkja, il-Bulgarija, l-Ungerija u r-Rumanija.
Wara l-kriżi tal-gass bejn ir-Russja u l-Ukrajna, l-Unjoni Ewropea ħadet numru ta’ miżuri biex tiżgura li l-pajjiżi individwali jkun mqabbdin aħjar u jkunu inqas vulnerabbli f’każ li jkun nuqqas ta’ provvista min-naħa tar-Russja. Minkejja dan, ftit snin wara jidher li sar mill-inqas minkejja l-fondi li hemm.
ma nifilhux naqaw iktar ghac cajt mal pajizi tal ewropa mella lewel nofqu il flus biex nibnu powerstation li mhux sostenibli ghal pajijzna umbad tigi il ue u tridna naqbdu maha ghal fejn dal hela ta flus