Aktarx li l-aktar kritiku televiżiv mibgħud f'Malta. Imma x'tagħmel? John C Debattista m’għandux ħajta f'ilsienu. Għalhekk li forsi għal żmien twil, fit-TORĊA, kull nhar ta' Ħadd kienu jsegwuh daqstant qarrejja. Issa f'inewsmalta.com qed jara opportunità ġdida. Dik li jitlaq darb'għal dejjem it-typewriter u jibda jħarbex fuq il-kompjuter... dejjem bl-assistenza tan-neputija.

Kim il Gonz fl-Indipest

12:59  |  19.09.2012

Meta konna għadna żgħar konna nieħdu gost immorru naraw xi biċċa teatrin li kien itella’ l-arċipriet fis-sala tal-parroċċa. Kien hemm palk imlaqqat minn xi planki li malli l-atturi kienu jiċċaqalqu fuqhom kienu jibdew iżaqżqu tistennihom li se jixpakkaw bl-atturi b’kollox. Da’ t-teatrin kien jiddevertina, imma ma kien ikun hemm l-ebda idea ta’ professjonalità fih. Forsi wkoll li għalhekk kien ħelu fl-iżgangar tiegħu. Imma sal-lum għadek tisma’ lil min jgħidlek, biex jirreferi għal xi ħaġa dilettanteska, li donnha t-teatrin tal-arċipriet.

In-nazzjonalisti, imma, rnexxielhom jisbqu bil-kbir lill-povru arċipriet, u anke jekk fl-Indipest ta’ din is-sena ma rajniex daqniet finti mġonġija addoċċ mal-uċuħ, naħsel ngħid li rajna u smajna agħar minn hekk! Ummi ma, x’dilettantiżmu. Xi fjask!

Stunar, żarżir, kakofonija sħiħa ta’ ħsejjes li tista’ ssejħilhom minn kollox imma li żgur mhumiex mużika jew kant. In-nazzi waqgħu għal sormhom u bil-kif. Komplew jaqgħu aktar bit-taparsi preżentazzjoni ta’ Ron, jew x’illimniefaħ jismu dak l-ispeċi ta’ preżentatur żatat li malli tarah minflok ipaxxilek l-għajn iqabbdek ħakk aktar minn attakk tal-briegħed, u bint il-peċluqa Montesina, li jidher li qabdet ir-rotta ta’ ommha anke fis-sens (jew nuqqas tiegħu) ta’ lbies, li assolutament la jixirqilha u lanqas imur għall-okkażjoni. Ħin minnhom stħajjiltha flamingo bil-mikrofonu f’idejh!

Dil-porkerija li n-nazzi jsejħulu festival fakkarni f’xi ħaġ’oħra li ħaditni lura fiż-żmien. Niftakar li meta Mintoff kien twebbel li jitħabbeb ftit man-Nord Koreani, kont issib fl-idejn xebgħa kotba milli kienu joħorġu dawn, bl-Ingliż, biex jagħmlu l-propaganda, mimlija kitbiet tal-mexxej tagħhom Kim il Sung. Dawn il-ħajna ta’ Koreani kienu jsawbu kull titlu ma jispiċċa qatt fuq dan il-messija tagħhom. Kien ikollhom titli li, msieken mingħajr ma riedu, magħna l-Ewropej kienu tant bombastiċi li kienu jinstemgħu komiċi. Titli bħal: the great leader and teacher, the sun that never sets and brings light to all the people, eċċ., eċċ., eċċ. Balleċ, l-aħwa, l-Indipest tagħhom, din is-sena, fil-Koreani fakkarni!

Bħalma l-Koreani kienu jimlew bit-titli minfuħa donnhom bżieżaq lil Kim il Sung tagħhom, hekk in-nazzi f’dik it-tilqita ta’ ħsejjes żgangati u stunar waħxi li fettlilhom isejħulhom diski, tgħidx kemm nefħu bżieżaq fuq Kim il Gonz tagħhom. Great leader ma qalulux, forsi għax lanqas huma ma jażżardaw jigdbu gidba ħoxna daqstant, imma t-titli kollha li tawh ġabu lil dawk il-Koreani brejnwoxxjati donnhom li kienu l-aqwa xempju ta’ razzjonalità. Ara jitkażawx bil-laburisti meta kienu jkantaw ‘Ma tagħmlu xejn mal-Perit Mintoff’! Tal-anqas dik il-kanzunetta kellha biċċa verità għax ħdejn Mintoff dejjem nani baqgħu. Midgets jgħidulhom bl-Ingliż. Fil-fatt, fil-lingwaġġ politiku l-Ingliżi jużaw frażi li għan-nazzjonalisti toqgħod perfettament: political midgets. U bħal min ikun nanu u jippretendiha tal-ġgant, in-nazzi għax qed iħossuhom midgets kellhom bżonn xebgħa kantanti (!) bla talent biex jonfħu l-bużżieqa tal-par idejn sodi li għandu Kim il Gonz. U morru u ħalluna ngħixu!

Imbagħad, to top them all, dat-taparsi festival għalquh b’ħamallata manja li sejħulha ‘d-demm ta’ Raymond’, li kif tistgħu timmaġinaw mit-titlu m’hi xejn għajr strumentalizzazzjoni mill-aktar pastaża u maħmuġa ta’ żagħżugħ maqtul f’ċirkostanza sfortunata. Letteralment tat-taqligħ. Żifnu fuq il-katavru tiegħu, użawh, sfruttawh, mingħajr ebda sens ta’ umanità. Basta komplew jonfħu l-bużżieqa ta’ Kim il Gonz, the strong hands of the nation, liberator of the Libyan chaos, knight of the great deficit, star of Europe and the crib, defender of the religio et patria, great inspiration of ridicule and pomp, eċċ., eċċ.

Imbagħad, biex ir-redikolu jkompli jsir aktar redikolu, għax ċerti nies verament għandhom il-wiċċ, iċ-ċirasa fuq il-kejk kien l-eks ċermen ta’ Super One, id-dentist Vella Haber, tiela’ għall-premju ta’ xi kanzunetta li ħarbex flimkien ma’ dik id-defsa ta’ Salib(n)a Laroża.

kummenti
2
 
(imla l-kaxxi kollha)
Isem
Imejl
Telefon
Kumment

saviour cachia

   Fri 21-Sep-2012, 19:33

X'meskinita Gann lanqas bil-mahbub Raymond taghhom ma sthawh jaghmlu propaganda u jqallbu fil-qabar, ahseb u ahjar fil-kampanja elettorali x'se jaghmlu bl-ghaziz u mibki dejjem il-Perit Duminiku Mintoff. Prosit Gann tajthom erba' kelmiet kif imiss, miskin Wizzu la jarak kemm se jghidlek appa, mur ara x'fonga kellu bil-festa li organizza l-partit ta' dak ta' idejh sodi, li miskin fil-Parlament jidher li se jsibu ruhu bhal siggu bi tliet saqajn. Franco, jekk mhux pulcinell, jidher li se jkun sod din id-darba. id-dentist ma nafx hux kuntent li nehha lil RCC u allura diehel ghall-allejanza b'ruhu u gismu qiesu t-Tabib Frank Portelli. L-aqwa t-tbissima biex ma nitimitax lil shiebi Freddie Portelli u nghid 'it-twerziqa". U tat-tbissima deciz li jerga' jirbah, ommi ma!

Is-Sufu

   Wed 19-Sep-2012, 19:02

Kollox orkestrat mill-A saz-Z. Il-poplu m'ghadux fidil u jaf jirraguna b'mohhu. Qed jippruvaw jaqbdu ma' kull tibna qabel jgherqu!!