![]() |
Xemxi |
|
18° C |
|
12° C |
|
3 |
|
80% |
86 - 26 - 16 - 68 - 03 - 69 - 60 - 28 (11 ta' Mejju 2013)
24 - 13 - 19 - 45 - 37 (15 ta' Mejju)
Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal li par idejn sodi t-tmun ma jitilquhx f'nofs triq. Huwa qal dan meta kien qiegħed iwieġeb il-mistoqsijiet ta' tliet ġurnalisti taħt it-tinda fuq il-Fosos tal-Floriana. Id-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru kienet maħsuba biex ixejjen għidut li se jkun qiegħed iħabbar li wara l-elezzjoni se jirriżenja mit-tmexxija tal-PN.
Bħal ma jiġri ta' kull sena għal din l-intervista telgħet folla kbira ta' nies. Folla li laqgħet lill-ġurnalista ta' ONE, Charlon Gouder, b'ibbuwjar u li kellha entużjażmu kbir mal-wasla tal-Prim Ministru. Minbarra Charlo Gouder intervistaw ukoll lill-Prim Ministru Kurt Sansone mit-Times of Malta u Matthew Vella mill-Maltatoday. Din kienet l-aħħar attività taħt it-tinda qabel il-mass meeting ta' għada.
Meta kien qiegħed iwieġeb mistoqsija dwar l-inċertezza fil-pajjiż minħabba l-instabbilità fill-Partit Nazzjonalista, Lawrence Gonzi qal li l-problemi interni fil-Partit Nazzjonalista huma fatt li ma jistax jaħrab minnu. “Għexna din ir-realtà għal erba' snin sħaħ, il-leġiżlatura kważi lesta, il-maltemp kollu affaċjanih, il-baġits kollha għaddejnihom, il-postijiet tax-xogħol ħloqnihom, pajjiżna baqa' pajjiż stabbli u ġibna r-riżultati u d-deċiżjonijiet li kellna nieħdu ħadnihom,” żied Gonzi.
It-tliet ġurnalisti għamlu referenza għad-diżgwid intern li ħolqu fil-Partit Nazzjonalista d-deputati Nazzjonalista Franco Debono u d-deputat indipendenti Jeffery Pullicino Orlando. Min-naħa tiegħu Lawrence Gonzi ammetta li kien hemm diżgwid intern għalkemm qatt ma rrefera għal dawn id-deputati b'isimhom.
“Iva kien hemm diżgwid, għal kważi ħames snin, imma allavolja kien hawn dan id-diżgwid u kellna maltemp minn barra u minn ġewwa araw ir-riżultati li ġibna avvolja kien hemm dak il-maltemp, id-defiċit qiegħed taħt it-3 fil-mija, ir-rata ta' qagħad f'Malta hija fost l-aħjar ħamsa fl-Unjoni Ewropea, is-servizzi soċjali huma fost l-aqwa, l-edukazzjoni kienet b'xejn, għadha b'xejn u tibqa' b'xejn. F'ħames snin investejna l-miljuni, filwaqt li għal erba' snin wara xulxin ksibna rekord wara ieħor fit-turiżmu. Jekk għamilna dan kollu fil-maltemp, aħseb u ara x'nistgħu nagħmlu fil-bnazzi,” rrisponda l-Prim Ministru.
B'referenza għad-domanda tal-ġurnalist tat-Times fuq jekk il-Prim Ministru hux lest li jissagrifika lill-Ministru Joe Cassar ukoll f'din il-leġiżlatura, Gonzi qal li l-Minsitru Cassar m'għandux bżonn ċertifikati s-sistema tas-saħħa li hija mudell għall-bqija tal-pajjiż hija prova biżżejjed.
Il-Kap tal-PN irringrazzja lill-eks Ministru Carmelo Mifsud Bonnici u lil Richard Cachia Caruana għax-xogħol li għamlu għal Malta filwaqt li qal li hu għandu, kellu u jibqa' jkollu fiduċja fihom.
“Fuq il-mistoqsija ta' mozzjoni oħra, jekk inkun iffaċċjat b'mozzjoni oħra, meta jasal il-mument ngħidlek,” qal Gonzi lill-ġurnalist tat-Times.
Għall-mistoqsija tal-ġurnalist ta' ONE News jekk kienx hemm deċiżjonijiet tul din il-leġiżlatura li jidispjaċih li ħa, il-Prim Ministru qal li ma jiddispjaċihx jara lil pajjiż miexi 'l quddiem. “Kieku kelli nreġġi l-arloġġ lura, kieku waqa' u kiser siequ,” qal Gonzi fost l-għajat u ċ-ċapċip tal-folla preżenti.
"Żwieġ bejn mara u raġel"
Il-Kap tal-PN qal li l-maturità politika hija avvanzata f'Malta u li hi baħar differenti minn kif kienet issir taħt gvernijiet laburisti. “Illum tajna iżjed drittijiet, imxejna ħafna, xtaqt li nimxu iżjed jekk alla jrid nimxu iżjed f'leġiżlatura oħra,” kompla Gonzi.
Meta l-Prim Ministru kien mistoqsi minn Kurt Sansone dwar il-liġi tal-koabitazzjoni, u jekk il-PN hux se jdaħħal id-dritt taż-żwieġ għall-persuni tal-istess sess, instema' ibbujjar kbir minn dawk preżenti taħt it-tinda.
Il-Kap tal-PN filwaqt li talab lil dawk preżenti biex ikunu aktar sensittivi għall-emozzjonijiet u s-sentimenti ta' kulħadd qal li għalih iż-żwieġ huwa bejn mara u raġel. Din ir-risposta kienet milqugħa minn ħafna ċapċip fost l-udjenza preżenti.
Il-Prim Ministru spiċċa d-diskussjoni tal-lum b'messaġġ lill-kandidati Nazzjonalisti għall-elezzjoni li jmiss fejn qalhom biex ikomplu jaħdmu flimkien u biex jgħaddu l-messaġġ li l-PN qiegħed hemm biex isservi lill-poplu.
KIF JISTA JKUN IKOLLNA FIDUCJA F'GONZI U L'KLIKKA META KULL MA JMUR IL PAGA DEJJEM TITNAQAR FUEL GASS ISA IL HOBZ
Ghadu ma jafx x'effet kellu l-kliem ta' fiducja fil-ministru tas-sahha u c-capcip tan-nies presenti.
Min ghandu x'jaqsam mal-Mater Dei zgur ma hax gost bid-diskors, wisq inqas bic-capcip! Membru tal-familja bhal-issa ghaddejja minn martirju, hallewa fuq stretcher kwazi jumejn biex umbaghad baghtuha d-dar.
Sur PM inti ghandek il-fiducja fih....imma ahna le, u l-familja mhux kollha laburisti !
Qal ukoll li l-ligi tal-koabitazzjoni ser tipprotegi lil dawk in-nies kollha li f'daqqa wahda jsibu ruhhom abbandunati, wara li jkunu ghexu ma xi hadd, u din ghalija tkopri lil-kull persuna, irrelevanti min hi u x'orjentazzjoni sesswali ghandha. Jekk jghogobkhom ikkwotaw il-kliem kollu.