![]() |
Xemxi |
|
18° C |
|
12° C |
|
3 |
|
80% |
86 - 26 - 16 - 68 - 03 - 69 - 60 - 28 (11 ta' Mejju 2013)
24 - 13 - 19 - 45 - 37 (15 ta' Mejju)
inewsmalta.com jista’ jiżvela li l-eks Sindku u eks kandidat tal-Partit Nazzjonalista, Robert Musumeci, se jkun wieħed miż-żewġ preżentaturi tal-programm ta’ nhar ta’ Tnejn filgħaxija fuq ONE Television. Jirriżulta li miegħu fit-tmexxija ta’ dan il-programm se jkun hemm il-ġurnalista ta’ esperjenza Simon Cini. Dan seħħ wara li fl-aħħar ġimgħat irriżenja mit-tmexxija ta’ dan il-programm, Joe Grima.
Ikkuntatjat minn inewsmalta.com, il-Perit Robert Musumeci kkonferma l-aħbar. Qal li hu kien qiegħed jaċċetta “din l-opportunità” filwaqt li ta idea ta’ x’wieħed jistenna mill-programm. “Il-programm mhux intiż li jiġri wara l-istorja, iżda huwa intiż li jiġri wara s-sustanza politika. Jiena m’iniex ġurnalist, iżda nemmen li permezz tal-midja tista’ tinfluwenza l-kwadru politiku,” qal Musumeci.
Jingħad li fil-passat Musumeci kien diġà offrut programm ta’ analiżi politika fuq l-istess stazzjon. Il-Perit Musumeci kien elett Sindku għal tliet darbiet fis-Siġġiewi, fejn f’isem il-Partit Nazzjonalsita dejjem kiseb ammont sostanzjali ta’ voti. Minkejja dan fl-aħħar xhur iddikjara li huwa kien informa lid-diriġenti tal-Partit Nazzjonalista li ma kienx se jibqa’ kandidat, la għall-kunsill u lanqas għall-elezzjoni ġenerali. Għal dan hu qatt ma ta raġuni uffiċjali.
Musumeci huwa magħruf ukoll għall-pożizzjonijiet liberali tiegħu filwaqt li kontinwament jitkellem kontra kampanji negattivi u attakki personali.
Għal xi żmien anke Musumeci nnifsu spiċċa fil-mira ta’ ċertu attakki, fejn fost oħrajn kien suġġett ewlieni fuq il-blog ta’ Daphne Caruana Galizia għal diversi xhur.
Minkejja dan, b’mod konsistenti, Musumeci jibqa’ jagħti x’jifhem lill-pubbliku li m’hemmx differenza bejnu u bejn il-Partit Nazzjonalista. Fil-PN hemm min jemmen li ċerti attakki fuq Musumeci kienu maħsuba biex hu jwarrab bil-kwiet u b’hekk tinfetaħ it-triq biex Karol Aquilina, magħruf kemm hu qrib ta’ Richard Cachia Caruana u Gordon Pisani, isir Sindku tas-Siġġiewi.
Ma kienx l-ewwel darba li fil-pubbliku, Aquilina u Musumeci ħadu pożizzjonijiet kuntrastanti. Fosthom kien hemm il-pożizzjoni li Musumeci kien ħa fil-kwistjoni tal-każin Laburista tas-Siġġiewi. Għall-mistoqsija ovvja dwar x’pożizzjoni se jkun qiegħed jieħu f’dan il-programm huwa wieġeb li: “dan il-programm għandu jservi biex jesponi l-aspetattivi attwali tas-soċjetà u kif il-politiċi se jwieġbu għal dan fil-leġislatura li jmiss tenut kont tar-realtajiet li jiċċirkondaw lill-pajjiżna.”
Prosit ta' din l-ideja meravjuza. Combination tal-genn
AWGURI GHALIKHOM DIGA QED NIMAGINA LI HA JKUN SUCESSUN
Kuncett interessanti. Programm Ghandu jkun tajjeb. Cini tajba u musumeci ikollu pariri magistrali!
din l-ahbar hasditni bil- kbir. Qatt ma kont nistenna li l- perit jaghmel programm fuq il- one. Jien dejjem habbejtu meta kien sindku taghna avolja kien johrog man- Nazzjonalisti. Ghalina unur kbir.
Sewwa kien qal darba Dr. Joseph Muscat....li "aktar il- quddiem ser taraw ucuh li forsi tistghu tinhasdu meta tarawhom. Attenti hbieb. Tghagglux taghmlu kummenti bl'addocc..........ghax tistghu taghmlu hafna hsara. L-ebda elezzjoni ma tintrebah bil- Laburisti biss. Tintrebah meta persuni minn naha l- ohra jigu maghna. Tintilef meta taghna jmorru maghhom. Dan l-ahhar jien rajt hafna ucuh li kif qal " Joseph " inhsadt.......imma wara fraht. Wellcome to our Party. We need a change. We are Maltese.
Jien mis- Siggiewi. Kien jaf li ahna familja Laburisti imma dejjem gid rajna minnu. Lill- perit nibqghu nirrispetatwh jagheml x' jaghmel.
Nawgura lil-Perit Musumeci u Simon Cini li jkollhom programBhal ma kien ikollu Joe Grima
I just came across the link on facebook. I know Robert. I don't know Simone personally although I have an idea of her at University. Good luck to you both. Finally, a breath of fresh air.
Jekk irridu li nkunu kredibbli man-nies hemm barra jehtieg li jkollna nies kredibbli. Dawn it-tnejn inzertaw intelligenti anke jekk mhux se jaqblu. Jien ma niddejjaqx b' Musumeci ghax ghall-inqas ma jafx x'inhi hdura
@Binoculars
Ezatt ilqattu l-musmar sieħbi!
Min kien wara din id-decizjoni jara fil-boghod. Prosit. Il-kredibilita tinkiseb b'nies kredibbli. Simone eccellenti u l-perit eccellenti wkoll. Ma niddejjaqx li nigu challenged fuq l-istazzjon taghna. Nahseb propju li hekk hemm bzonn.
Nifhem lil-laburisti sħabi iżda l-aħwa ejja ngħatu ċans lil dan il-programm b'dawn il-preżentaturi ġodda qabel nikkritikaw. Tinsewx li b'kull rispett lejn Joe Grima dan kien anki man-net u waa ilqajnih lura b'idejna miftuħin. Mela l-aħwa ngħatu ċans.
Right decision minghajr ebda dubju.
Programm hekk sabih b'nies bi hsibijiet differenti. Prosit.
Inhossni kkonfodut hafna. X'inhu jigri?? Ghaliex kull oppurtunita li qed ikun hemm fuq one hafna drabi qed jiwhduwa nies li niftakruwom bi twemmin nazzjonalista? Insemmi lill john bundy li huwa bla dubju ta xejn wiehed mil aqwa prezentaturi ta kull zmien, izda baqa dejjem jiddikjara li huwa mhux laburist. Issa hawn il perit ukoll? Ghalfejn ma natux aktar opportunita lin nies laburisti li hemm bil qabda kapaci??? Nixtieq spjegazzjoni
Filwaqt li għandi kull rispett lejn il-perit Musumeci, naħseb li INKONTRI mhux ħobż għal snienu. Il-Perit għandhu politika differenti minn dik ta'Simone u allura flimkien ma jreġux. Fuq kollox nista nkun żbaljat.
Perit, kemm hadt gost. Dejjem ammirajtek dwar il- hsibijeit moderati tieghek u l- mod kif tispjega. Mxennqin li naraw li min jitkellem ikun ogettiv. Kont nippreferik pero kieku mort fuq in- NET, gahliex il- PN gahdu bzonn ifakkar li fih ghandu qawsalla, imma xorta nirrispettawk.
@ flying saucer
UUUUUU zggggguurrrrrrr !
Kien jibjad x'hin jaraha !
Agent , lill-perit inzertajt nafu u ghalkemm ghandu l-fehmiet tieghu qatt ma wegga' lill-hadd. Anzi nahseb pjuttost bil-kontra
@ Chris Fenech -
miskin veru. Tiftaruh lil Eddie Fenech Adami, kien kwazi jpixxi tahtu meta jara lil Simone Cini quddiemu? Dan it-tip ta' programm aktar jixraq lil Simone Cini (minn dawk li pprezentat fis-snin ricenti). Il-kwalitajiet pungenti taghha kif taghmel il-mistoqsijiet zgur li se jispikka fuq il-prezentaturi lokali l-ohra
Hadt gost nisma b dan il programm gdid li se jittella fuq One. Jien nahseb li se jkun programm tajjeb .nistennew u naraw. Il prezentauri huma it tnejn tajbin u ta esperjenza.Ghalekk kif jghid Joseph ,IL Moviment tal Progressivi u Moderati
Fil waqt li nirringrazja u insellem lis-sur Joe Grima li kien introduca u ipprezenta b'hila kbira il program INCONTRI, naghti merhba lil Simone Cini u lil Robert Musumeci u nawguralhom kull success, Cert li ser imexxu dan il program fuq ONE b'abilta kbira ghax it-tnejn li huma kapaci jaghmlu dan b'hila u wkoll b'esperjenza. Cert li ser ikomplu ikabru il popolarita ta dan il program ferm interesanti specialment issa li qed toqrob sew l'elezzjoni generali. Prosit u awguri mil qalb kemm lil Simone u lil Robert u id dirigenti ta' ONE Productions.
@Platun qabel tpeclaq u tghajjarni Nazzi missek taqra il-kummenti tieghi halli tinduna kemm qieghed tparla fil-vojt.
Jigifieri Simone Cini ser tibda tigri wara Gonzi u ssalbu? emm sorry tistaqsih id-domandi? Povru ragel mhux bizzejjed ghandu problemi?
Mhux ahjar thallu lil Robert jibda qabel tibdew tikkritikaw. Cert li Agent Smith mhux hlief nazzi jipprova jxewwex. The proof of the pudding.....
Merhba ukoll lil Simon nisperraw it-tnejn ikunu niggieza u johorgu l-verita minn min ikollhom quddiemhom.
Robert Musumeci, qabel beda l-linja ta' perit, kien fix-xandir (mill-aspett muzikali). Imma l-kontribut tieghu fuq it-televizjoni issa ilu ghaddej ghal numru ta' snin. Lil Robert Musumeci gieli segwejtu fuq Smash u dejjem kellu mistednin validi - u dejja mexxa b'fairness.
Fl-ahhar se nergghu naraw lil Simone Cini, lura lejn it-tip ta' programmi li tant hi tajba fihom.
Minghajr ma nnehhi mill-merti tal-programmi edukattivi li ilha ttella' ghal dawn l-ahhar snin, nemmen li l-veru hiliet ta' Simone huma fil-kapacitajiet taghha gurnalistici.
Is-sehem ta' Robert Musumeci ghandu joffri bilance u perspettiva differentii lejn programm ta' diskussjoni.
Awguri ghal skeda tajba.
Prosit. Nemmen li l-ghazla tal-prezentaturi li gejjin minn sfond politiku differenti, toffri livell gdid ta' xandir li tant neqsin minnu f'dan il-pajjiz.
Mhux f’postu ghaliex, Smith! Lanqas li kieku kien xi Eileen Montesin “nazzjonalista”.
Jien ma nafx perosnalment lill-perit. Imma dejjem ammirajtu ghax bilancjat.
nemmen li se jkun programm interessanti hafna il perit kont insegwih fuq stazjon iehor u dejjem qal dak li jhos tajjeb u hazin awguri lilu u lill simone
Qeghdin sew! Prezentatrici (Claudette Pace) tispicca kandidat mal-PN - u kandidat mal-PN jispicca prezentatur fuq l-istazzjon Laburista.
Hbieb antiki tieghu l-Perit Musumeci u Simone Cini. Nixtieq nghid lil Perit "welcome on board" izda ma nahsibx li jkun kumment f'postu. Jien nawgura lil Perit u lil Simone li jtuna programm ta' veru, li jeduka lin-nies. Jien nemmen li aktar ma n-nies ikunu edukati fil-politika aktar jivvotaw tajjeb. Awguri Robert u Simone u prosit lil min accetta min-naha ta' One programm bhal dan.
Skuzi Partit Laburista imma ma nemminx li dan postu fuq il-programmi ta'One Productions.