![]() |
Xemxi |
|
18° C |
|
12° C |
|
3 |
|
80% |
86 - 26 - 16 - 68 - 03 - 69 - 60 - 28 (11 ta' Mejju 2013)
24 - 13 - 19 - 45 - 37 (15 ta' Mejju)
It-Tnejn, għall-ħabta tal-23.00, il-Pulizija arrestaw lir-Rumen li fid-9 ta’ Settembru deher jisraq mir-ristorant Aroma fuq filmat tas-CCTV. Kienet operazzjoni mmexxija mill-iSpettur Jason Sultana, tad-distrett ta’ Tas-Sliema, li waslet għall-arrest ta’ dan ir-raġel, f’residenza fis-Swieqi. Jidher li l-pulizija kellha xi ħjiel li f’residenza fis-Swieqi seta’ kien hemm suspettat. Meta l-pulizija ħabtet il-bieb ta’ din ir-residenza fi Triq il-Gabilott, il-qraba tal-allegat ħalliel qalu li ma kienx hemm u kien San Ġiljan.
Iżda, il-pulizija insistew li jagħmlu tfittxija. Kien hawn li sabu lir-Rumen ta’ madwar 23 sena moħbi fil-post taħt is-saqqu tas-sodda maħsub biex jintregħu l-affarijiet. Jirriżulta li hawn ir-Rumen ma’ offra l-ebda reżistenza. Jidher li r-Rumen żeba’ xagħru u għamel it-tpinġija fuq idejh it-tnejn biex b’hekk ma jintarafx. Dan fid-dawl li idejh dehru ħafna fil-filmat.
Mir-ristorant Aroma f'Tas-Sliema dan ir-raġel seraq madwar €2,700. Jirriżulta li dak in-nhar stenna lil waiter jillarga ftit sal-kċina biex mar fuq il-cash u ħa l-ammont ta' flus li kien hemm fiha. Huwa mistenni jitressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin.
ha ha pinga jdejh it tnejn!! mela nefaqom mill ewwel il flus li seraq :)
fidil mar jizboh xagharu u ipingi, prosit lil pulizija involuti, b aktar ghajnuna tajba mil publikku dejjem thgin
Proset lill pulizija li qabdu dal hmieg. Sentenza iebsa lill dawn tip ta nies..
Sounds like a well planned and executed police investigation. Prosit :-)
@dr
Igifieri skont int ir rata ta kriminalita fl ewropa u fl africa ijja listess!
Tridx thalina u najdu id dritt u najdu li huwa minhu.
Li kieku imoru min fejn jigu l afrikani li jigu aw lilna iqatawna bicciet, biss F Malta dawn ma jisemewx ax jibzaw li ha jizdid ir razismu
Naqbel Mieghek DR!
Imnalla ma kienx afrikan dan ghax kieku min jaf il-kummenti razzisti galore li dehlien. Kull ma rrid infisser jien li go kull nazzjon hemm il-hazin u hemm it-tajjeb. Imma sfortunatament il maltin kattolici jimxu skond il kulur tal gilda.