Jgħożżu l-mumenti li għaddew ma' Shanice

Melvin Farrugia  |  17:42  |  17.09.2012

Iż-żmien li qattajna flimkien ma nerġgħu nġibuh qatt. Se nimmissjak. Dan kien il-kliem f’messaġġ li qrat ħabiba kbira ta’ Shanice Muscat waqt li nfexxet f’bikja fi tmiem il-quddiesa tal-funeral li sar illum wara nofsinhar fil-Knisja tal-Mosta. Dan is-sentiment kien rifless fost ħafna żgħażagħ oħra li attendew u li fuq iz-zuntier ma waqfux jirrakkontaw it-tifkiriet li għandhom tagħha. 

Shanice Muscat, tfajla ta' 14-il sena, mietet nhar il-Ġimgħa li għadda f'każ li ħasad lill-bosta hekk kif il-pulizija qiegħda tinvestiga t-teżi li t-tfajla kienet qiegħda tisniffja xi gass. 

Fost ż-żgħażagħ li attendew għall-quddiesa fejn kienet tidher ċara l-kommozzjoni fuq wiċċ kulħadd, b’uħud baqgħu jibku matul il-quddiesa u anke wara hekk kif inġarr it-tebut abjad barra mill-knisja. 

Fl-omelija, il-qassis qal li Shanice tinsab kuntenta għax issieħbet mal-ikbar ħabib tagħha li hu Alla u li kieku tista’ titkellem tgħid lill-qraba tagħha u lil sħabha biex ma jinkwetawx għax tinsab m’Alla u tgħid lil kulħadd biex jimtela bil-kuraġġ u jsaħħaħ il-fidi f’Alla. Il-qassis qal ukoll li kieku din it-tfajla tgħid ukoll lil sħabha biex għall-ġid tagħhom jisimgħu mill-parir tajjeb tagħha li jkollhom ħafna ħbieb iżda biex qatt ma jagħmluhom Alla tagħhom, għax hu biss Alla li jkun dejjem magħhom.

(Ritratti: Ray Attard) 

  •  
kummenti
3
 
(imla l-kaxxi kollha)
Isem
Imejl
Telefon
Kumment

marita vella

   Wed 19-Sep-2012, 18:30

il mulej rida hdejh biex igawdija HU

stephanie

   Tue 18-Sep-2012, 08:37

jahasra xi qsim ta qalb r.i.p sabieha muley ogbu jiehu fjuwra ohra mis sbieh

Josef il harass

   Tue 18-Sep-2012, 02:14

Anglu sabih fil genna xxxxxx <3