![]() |
Xemxi |
|
18° C |
|
12° C |
|
3 |
|
80% |
86 - 26 - 16 - 68 - 03 - 69 - 60 - 28 (11 ta' Mejju 2013)
24 - 13 - 19 - 45 - 37 (15 ta' Mejju)
Se tkun qiegħda tinstema' fil-magħluq il-kumpilazzjoni fil-każ ta' omm ta' 17-il sena minn Bormla li hija akkużata li bi traskuraġni kkawżat il-qtil ta' bintha ta' disa' xhur. It-tarbija Roselana, mietet mgħarqa f'banju. Kien l-avukat difensur Lucio Sciriha li talab biex minħabba s-sensittività tal-każ u l-età tal-akkużata l-każ jinstema bil-bibien magħluqa. Il-Prosekuzzjoni ma kellhiex oġġezzjoni u l-Qorti laqgħet it-talba.
Dan il-każ seħħ fil-31 ta' Awwissu meta huwa allegat li l-omm “insiet” lil bintha fil-banju, għall-ammont ta' ħin waqt li hi daħlet fis-social network Facebook.
Wara ġranet l-isptar issofri minn xokk qawwi, l-omm tressqet il-qorti fit-3 ta' Settembru fejn kien deċiż li sakemm jixhed il-psikjatra mqabbad mill-qorti f'dan il-każ tinżamm fit-Taqsima Forensika, fl-isptar Monte Carmeli.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Robert Said Sarreo.
(Ritratt: Ray Attard)
al midia kolla nahsebb ahjar taraw lafarjit sew u mhux tamin jidrilkomm intomm intom min intom biex tipuntaw subajkom u tharfu bladoc