![]() |
Xemxi |
|
18° C |
|
12° C |
|
3 |
|
80% |
16-12-67-62-56_1-83-54 (15 ta' Ġunju 2013)
24 - 13 - 19 - 45 - 37 (15 ta' Mejju)
Ftit sigħat qabel ikollhom il-kandidatura tagħhom approvata mill-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u David Casa għad ma jafux liema se jkun it-tieni distrett elettorali li fuqu se jikkontestaw.
Kif irrapportat ilbieraħ, inewsmalta.com għandu tagħrif ta’ min jorbot fuqu li d-distrett ewlieni ta’ Simon Busuttil se jkun il-ħdax filwaqt li dak ta’ David Casa se jkun il-ħames, id-distrett ta’ Franco Debono.
Fl-istess ħin it-tieni distrett ta’ Busuttil u Casa “se jibqa’ miftuħ sal-aħħar.” Dan ikkonfermah sors fil-PN. “F’każi bħal dawn bilfors hekk jiġri. Ikollhom distrett ewlieni li minn fuqu jkunu jridu jiġu eletti u distrett ieħor fejn ikollu bżonn il-partit. Tinsiex li dawn MEPs… għandhom anke r-riżorsi biex jaħdmu kampanja tajba,” qalu magħna dawn is-sorsi li kkonfermaw li llejla dawn se jkunu approvati kandidati.
Ftit sigħat qabel din il-laqgħa tal-eżekuttiv intqal lil inewsmalta.com li għadha miftuħa wkoll il-kandidatura ta' Herman Schiavone. Jidher li fil-PN hemm min jemmen li Franco Debono ma jasalx iwaqqa' gvern u għalhekk m'għandux jittieħed ir-riskju li Franco Debono jkun urtat iktar bl-approvazzjoni ta' wieħed mir-rivali tiegħu. Għalkemm oħrajn qegħdin isostnu li dan kollu huwa ħela ta' ħin u l-kandidatura ta' Schiavone għandha tkun deċiża fuq il-mertu tagħha.
Aġġornat, 16.23: Reazzjoni Franco Debono
F'reazzjoni ovvja, Franco Debono kiteb: "Lawrence Gonzi għadu ma ndunax li m’għandux idea ta' timing. It-timing tiegħi dejjem kien aqwa minn tiegħu. Meta għamel min kollox biex ma nigix elett, skappajtlu. Meta prova jifgali l-ideat tiegħi ippreżentajthom fil-parlament. Miegħi dejjem tilef! Issa se jipprova juża xi kandidati ġodda biex mingħalih iniggeż biex iġiegħlni nagħmel xi ħaġa meta jrid hu! Imma jaħasra meta se jikber dan ir-raġel! Gonzi, dik ix-xi ħaġa se nagħmilha meta rrid u meta jidhirli jien! Grow up! Qed jippanikja because I am keeping him guessing! F’kull ma' għamel kellu timing ħażin u għalhekk għaffeġ. U se jkompli jgħaffeġ!"
Aġġornat, 18.55: L-eżekuttiv tal-PN approva wkoll il-kandidatura tal-kantanta Claudette Pace, il-Presidenti tal-Kumitat Eżekuttiv Marthese Portelli, Joanna Agius u l-Perit Anthony Bezzina.
Issa se nghabbu bil-kandidatti tal-pepe fuq il 5 distrett. Ghax ma jmurx johrog fuq pajjizu.
Skuzani sur-editur ghax - qabzitli...... L-programm " Sellili " ser ibiddel ismu ghal "Ivvutali".
Is-slogan ta Gonzipn minn "Flimkien kollox possibli" ghal "Gonzi can do Miracles" viva Claudette Pace !
Dawn huma kollha kisbiet ghall-Partit Nazzjonalista. Prosit Lawrence Gonzi. Il-kandidatura taghna tibqa' ssir iktar b'sahhitha.
Bir-rispett kollu,issa Claudette Pace,ghanda tieqaf milli tkompli tipprezenta l-programmi fuq ix-xandir ta l-istat,mhux hekk...hekk imorru l-affarijiet kif-suppost.
ooooooooa kemm jaf fejn qieghed il hames distrett David Casa.
Jekk jigu jhabbtuli ma niftahx. Kif ma jisthux. Il vot tieghi ghal gol gwarnica.
Mhux se nidhol fil-mertu tal-manuvri li qed jaghmel Gonzi PN biex jeqred lid-deputat nazzjonalista Franco Debono u fil-fatt mhux se jhallih jikkontesta f'ismu fl-elezzjoni generali li jmiss.
Biss illum mahruq u nifhem kemm Debono kellu ragun fil-kritika tieghu kif titmexxa l-Qorti, issa taht Chris Said.
Kellna kawza dwar proprejta li kienet imsejha biex tinstema quddiem l-Imhallef Joseph Zammit Mckeon.
Fil-fatt suppost kull ma kellhom jigu pprezentati huma l-konkluzjonijiet bil-miktub min-naha tal-avukatessa taghna u dak ta' l-allegat imputat.
Staqsejna lill-avukatessa kellniex ghalfejn nitilghu l-Qorti, la darba r-rapport kienu prezentati. Qatilna ahjar, waqt li hi qalet li ma setghetx titla, qaltilna li kellu jitla' avukat fl-istess kumpanija taghha u spiccajna telghet l-iktar wahda junior.
Konna ilna nistennew mid-9.00 a.m. Hin bla waqt harget din l-avukatessa u nfurmatna li l-kaz gie pospost ghad-19 ta' Novembru, 2012, biex iz-zewg avukati jaghmlu t-trattazzjoni verbali fuq dak li kitbu. Ahna lanqas biss gejna msejhin.
Qiesha l-avukatessa taghna ma kinitx taf il-procedura u tellfitna nofs ta' nhar ta' xejn u maghhom 50 euro hlas fuq l-idejn bhala dritt ghall-avukatessa junior li giet ghall-kaz.
X'pokerija!X'insult ghal min jipprova jfittex il-gustizzja bil-Qorti! Ma kellux ragun id-deputat nazzjonalist Franco Debono jhambaq kif certi avukati ghandhom l-ardir jizfjuttew bil-klijenti taghhom. Il-Ministru Said ghandu jiehu nota li c-cittadin fil-Qorti xorta ghadu jkun stmat ta' skart anki mill-avukati tieghu stess li jixbhu jerdghu euros minn taht l-idejn. Issa ovvja la jinqata l-kaz, xi darba fl-2013 jinhargu l-kontijiet tal-ispejjez u l-avukatessa taghna tippretendi hlasha bhalma thallset biz-zalza biex resqet rapport ta' 10 pagni . Isthu jekk tafu. Ministru Said taf x'inhu ghaddej fil-Qrati, jew mehdi tikkanvasja bieb bieb issa li l-elezzjoni tidher fil-qrib. Viva Franco. Ma semmejtx l-ismijiet ghall-prudenza mhux ghax bzjat, ghaliex jien ma nahmilx lil min ikasbar id-drittijiet tac-cittadin. Lanqas dicenza jsejhulna fil-awla biex inkunu nafu x'inhu jigri.....kolluzzjoni bejn l-avukati?
Dan x'ritratt gibtu fuq l- inewsmalta. Xi kruha ta' ritratt kif qtajtuli l-aptit. Jien x'jippurtani fejn ser johrog David Casa jew Simon Busuttil,
Mela jien xi darba ser nivvota lil xi hadd minnhom Ma tafux kemm il- Partit taghhom ghamilli hsara. Mhux lili biss ta,imma lil pajjiz kollu. Ahjar Franco Debono, ghax tidhaq dahqa bih kultant. U kemm qed jaqlalu lil gonzi bhalissa.
Wara l-ahhar dikjarazzjoni ta deputat Franco Debono, nhoss li l-President tar-Reppublika Ghandu jibghat ghall-gonzi u jgharrfu li maggoranza mghandux aktar u ghandu sejjah elezzjoni minnufih.Jek il-president jerga jtenni mhux kompitu tieghu allura mghandix bzonn ta'President aktar.
S'issa mill-kandidati prospettivi ghall-5 distrett ma tantx hemm xelta. Nahseb li meta jibdew ihabbtu l-bibien tan-Nazzjonalisti (jew ex) ma tantx ha jkollhom min jilqaghhom bil-ward, Jien wahda minnhom u rried inlesti il-listi 'on black and white' ghal-meta jigu jitkarrbu ghall-vot.
Ahna lil Franco rridu. U jekk Franco Debono mhux se jkun fil-lista tal-PN, m'ghandhomx cans li nivvota. Nimpustalkom il-vot tieghi - jien ragel.
David Casa jipprova jimla l-hofra li halla l-PN wara li kkundanna lil Franco Debono?
U halluna! Jien mill-Hames Distrett u m'ghandux fuc**** cans li jiehu l-vot tieghi.
David Casa fuq il-Hames Distrett? Dan min jafu? Meta f'karriera politika qatt ma resaq lejn id-distrett taghna?
Ara jithajjarx ihabbatli l-bieb!
David Casa, m'ghandux cans li jiehu l-vot tieghi! Nesa l-hdura li kien johrog minn halqu meta kellu l-programm tal-oraklu fuq Radio 101?
Nesa li kien hu, li fl-istess zmien li kien membru parlamentari ewropew, ahna l-gays ma konniex fuq il-good books tieghu?
X'bahar jaqsam bejn David Casa u Franco Debono. David xempju ta' serjetà. Nilqghuk fil-hames distrett. M'hemmx dubju l-ghazla ewlenija.
Veru li l-PN qed idur għal-subajgh bħal qarnit. Issa daru fuq David R.U.Casa. Tgħid qed iħajruh joħroġ għal elezzjoni ġenerali biex iwarrbuh minn Parlament Ewropew.
Qatt ma sewa għal xejn.
Fuq ir-record ta'David Casa, ma tantx ghandna ghalfejn insaqsu, bizzejjed wiehed jara il-mistoqsija li ghamel lill-Kummisarju Ewropew László Andor, fejn l-gharef Casa staqsieh quote "“How are you going to solve the problem of child poverty?”
David Casa, a centre-right Maltese MEP (EPP), has a grandiose concept of the work of a European commissioner. B'din il-mistoqsija tkun meqjusa bhalha l-iktar mistoqsija stupida li saret. http://www.europeanvoice.com/article/imported/andor-makes-careful-first-showing/66856.aspx. Ta min ikun jaf x'jahseb Casa fuq same sex partnerships. Nilghab imhatra li l-anqas jingabar mill-hames distrett.