![]() |
Xemxi |
|
18° C |
|
12° C |
|
3 |
|
80% |
86 - 26 - 16 - 68 - 03 - 69 - 60 - 28 (11 ta' Mejju 2013)
24 - 13 - 19 - 45 - 37 (15 ta' Mejju)
It-tielet edizzjoni ta’ “Għax Hekk!” Ir-‘Rally’ tas-Satira reġgħet magħna!
Alex Saliba, f’isem l-organizzaturi saħaq li din se tkun “lejla teatrali b’differenza, mimlija satira u b’laqtiet politiċi mill-aktar umoristiċi u divertenti. Wara s-suċċessi tal-ewwel żewġ edizzjonijiet, “Għax Hekk!” iġedded l-appuntament tiegħu fl-2012 b’‘show’, skript u battuti ġodda, ‘sketches’ innovattivi u l-aqwa artisti komiċi Maltin”.
“Għax Hekk!” iġib flimkien uħud mill-aqwa talenti lokali fil-qasam tal-palk umoristiku Malti li matul dawn l-aħħar sentejn ġibed lejh udjenza ta’ aktar minn 5,500 persuna. “F’“Ir-‘Rally’ tas-Satira 2012” se jieħdu sehem uħud mill-aqwa atturi komiċi Maltin, fosthom: Chrysander Agius (taz-Zoo), Joe Demicoli, Ian Fenech (Axl ta’ Londri), Dominic Aquilina, Mary Rose Mallia, Veronica Farrugia u Joe Farrugia “d-Dulli”, flimkien ma’ Tiziana Calleja. Atturi li żgur ma jeħtieġu ebda introduzzjoni fix-xena tal-umoriżmu lokali,” saħaq l-istess Alex Saliba.
“Għax Hekk!” hija kitba u direzzjoni ta’ Chrysander Agius u se tittella’ fit-Teatru Grieg, Ta’ Qali, nhar il-Ġimgħa, 21 u s-Sibt, 22 ta’ Settembru, 2012 fid-9.00 p.m.
Biljetti għall-bejgħ miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, Ħamrun; Kumpless ONE, il-Marsa u direttament min fuq is-sit www.biljetti.com u mill-ħwienet ta’ biljetti.com.
"Bid-differenza tas-snin mgħoddijin, din is-sena l-biljetti huma limitati għal żewġ serati biss! Tħallix għall-aħħar biex ma tibqax diżappuntat," temm jgħid Saliba.