![]() |
Xemxi |
|
18° C |
|
12° C |
|
3 |
|
80% |
86 - 26 - 16 - 68 - 03 - 69 - 60 - 28 (11 ta' Mejju 2013)
24 - 13 - 19 - 45 - 37 (15 ta' Mejju)
Skont riċerka, dawk il-persuni li jbatu mill-ażma, li jużaw ‘inhalers’ kuljum biex jibnu reżistenza għall-attakki qegħdin jeħlu ħinhom.
Studju sab li dawk li segwew l-ordni tat-tabib tagħhom u regolarment użaw ‘inhalers’ mimlijin mediċina biex jikkalmaw l-attakki ma marrux aħjar minn dawk li wżaw ‘inhalers’ biss meta kellhom attakk ta’ ażma.
Fl-Ingilterra jeżistu madwar ħames miljun ażmatiċi li jingħatawlhom żewġ tipi ta’ ‘inhalers’. Wieħed kannella, li jħaddan doża żgħira ta’ steroids, biex iwaqqaf l-attakki milli jibdew, peress li meta jittieħed regolarment jibni reżistenza fil-pulmun. It-tieni tip ta’ ‘inhaler’ huwa wieħed blu mimli b’tip ta’ droga li jiftaħ il-valvoli tal-arja waqt attakk ta’ ażma.
Minkejja dan, ħafna persuni li jbatu ftit li xejn minn attakki ta’ ażma jibbażaw fuq l-‘inhaler’ il-blu.
L-istudju analizza 350 raġel u mara li jbatu ftit jew wisq mill-ażma. Ir-riżulati wrew li dawk li jużaw ‘inhalers’ kuljum ma marrux aħjar minn dawk li jużawhom darba biss meta jkollhom attakk tal-ażma.