![]() |
Xemxi |
|
18° C |
|
12° C |
|
3 |
|
80% |
86 - 26 - 16 - 68 - 03 - 69 - 60 - 28 (11 ta' Mejju 2013)
24 - 13 - 19 - 45 - 37 (15 ta' Mejju)
Il-General Workers Union, flimkien mal-Anti-Poverty Forum niedew petizzjoni bil-għan li jgħinu fi sforz Ewropew biex il-kwistjoni tal-ilma titla’ fuq nett tal-aġenda tal-Unjoni Ewropea.
Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, Tony Zarb qal li l-GWU temmen bis-sħiħ li l-aċċess għall-ilma huwa dritt tal-bniedem u l-aċċess għalih m'għandu qatt ikun ristrett. Żied li d-dokument tal-proposti għall-elezzjoni ġenerali tal-GWU jagħmel proposti serji dwar l-ambjent, li jkopru wkoll dan is-settur. Fid-dawl li l-ilma huwa riżors skars f'pajjiżna l-union issostni li hemm bżonn ta' strateġija nazzjonali serja biex l-ilma tax-xita ma jibqax jinħela.
Is-Segretarju tat-Taqsima tas-Servizz Pubbliku, Josef Bugeja, qal li l-Europea Public Service Union għandha l-għan tiġbor miljun firma sa Awwissu 2013, in-numru meħtieġ biex il-Kummissjoni Ewropea tieħu inizjattivi fuq talba taċ-ċittadini.
Josef Bugeja qal ukoll li l-ilma qatt m’għandu jkun ipprivatizzat. “Diġa’ hawn min qiegħed isibha diffiċli biex iħallas għall-ilma,” qal Bugeja. L-inizjattiva tal-petizzjoni ttieħdet mit-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi (GWU) li hija membru tal-EPSO.
Intant, tkellem ukoll l-idrologu Marco Cremona li qal li għalkemm il-pajjiż investa ħafna fir-reverse osmosis għadha teżisti l-problema ironika li niġbru l-ilma tax-xita u narmuh il-baħar imbagħad naħlu l-enerġija biex nerġgħu ntellugħ mill-baħar u nagħmluh tajjeb għax-xorb. Ċipru għandu 20 darba iktar ilma minn Malta. Semma l-problema li qiegħed jittella’ ħafna ilma tal-pjan li qiegħed joħodlu postu l-ilma baħar.
Fakkar kif Malta hija obbligata li sal-2015 tassigura s-sostenibbiltà tal-ilma tal-pjan. Fakkar kif il-gvern qiegħed jgħid li mhux se jlaħħaq u qiegħed jitlob 12-il sena oħra li jaf ma jkunux biżejjed.
Min-naħa tiegħu Alfred Baldacchino tkellem dwar kif huwa meħtieġ li tikber ir-responsabbiltà dwar l-użu tal-ilma.