![]() |
Xemxi |
|
18° C |
|
12° C |
|
3 |
|
80% |
86 - 26 - 16 - 68 - 03 - 69 - 60 - 28 (11 ta' Mejju 2013)
24 - 13 - 19 - 45 - 37 (15 ta' Mejju)
Ħadt gost meta qrajt li l-parlament taż-żgħażagħ approva mozzjoni favur l-ugwaljanza fiż-żwieġ. Jawgura tajjeb ħafna għal futur u juri li għandna s-sezzjoni żagħżugħa tas-soċjetà tagħna li hi miftuħa sew għad-diversità u temmen li kull individwu għandu jkollu l-istess drittijiet u opportunitajiet daqs kull individwu ieħor.
Meta ftit ġimgħat ilu rċevejt e-mail mingħand Oriana Farrugia, li kienet il-mexxejja ta' wieħed miż-żewġ partiti fil-parlament taż-żgħażagħ, u talbitni niltaqa' mal-grupp li kienet qed tmexxi, aċċettajt bil-qalb kollha li ngħidilhom x'naħseb dwar diversi temi. Peró,kienet esperjenza isbaħ meta bdejt nisma' dak li jaħsbu fuqu huma. Tkellimna fuq l-ugwaljanza fiż-żwieġ, l-IVF, l-ifriżar tal-embrijuni, d-donazzjoni ta' gameti, l-adozzjoni ta' embrijuni u l-adozzjoni u l-fostering tat-tfal. Kellna laqgħa fejn l-għan prinċipali tiegħi kien li nisfida l-prekonċetti li ħafna minnha jkollna f'moħħna.
L-esperjenza ma dawn iż-żgħażagħ kompliet tikkonfermali kemm għandna politiċi li huma maqtugħin mir-realtajiet tas-soċjetà tagħna. Politiċi li ħafna drabi jqattgħu l-maġġoranza tal-ħin tagħhom magħluqin f'uffiċċju jippjanaw attakk ġdid fuq l-aversarji tagħhom.
X'ironija meta tisma' l-Prim Ministru ta' pajjiżek jitkellem fuq l-importanza tal-valuri quddiem laqgħa ta' Membri Parlamentari Ewropej mill-partit konservattivi, imbagħad lura f'pajjiżu jiċħad l-ugwaljanza, ma jagħtix l-istess opportunitajiet lil kulħadd u jħalli l-partit tiegħu jħaddem kampanji ta' attakki fuq individwu wara ieħor li ma jaqbilx mal-politika tiegħu. Valuri? Paroli!
Prosit ghal darba ohra ghal mod koncis izda ferm inciziv kif tikteb dawn l-artikoli qosra tieghek.
You are a turncoat, a traitor, a yellow belly who has a personal agenda for all. So untrustworthy. I would not assign you more responsibility then as a latrine attendant . Hmmm, on hindsight the latrine attendent would be well aware of your potential in having you as a colleague since you are the type to cater their facilities for illicit affairs.
Daniela, there is no difference at all. You just don't get it. Free speech is free speech, whoever does it and whatever they say. If they cross the line, then the law can be applied. But it is the law that draws the line, not you or I. That is democracy. Nobody should gag free speech even if they don't like what is being said. Right ?
@Hmmmm
Hemm differenza kbira bejn attakki minn dwar politika, principju, idejat, ideali u progetti ghall-attakki personali bla skruplu ppjanati u ezekwiti minn partit politiku (bla ebda referenza ghal gurnalisti u bloggers li fl-opinjoni tieghi jistghu jaghmlu li jridu, skont il-ligi)
" u jħalli l-partit tiegħu jħaddem kampanji ta' attakki fuq individwu wara ieħor li ma jaqbilx mal-politika tiegħu. Valuri? Paroli!"
Cyrus, please be aware that in a democracy the value if free speech is of utmost importance. One can say whatever one likes - if it is libellous, then one can get sued. Those are the rules in a democracy - short of that, God help us all. So you were right is ending with "Valuri ? Paroli!" - Yes, free speech (paroli) is a value above all others in a democracy. And yes, too, I know that that is not what you intended to say.