![]() |
Xemxi |
|
18° C |
|
12° C |
|
3 |
|
80% |
86 - 26 - 16 - 68 - 03 - 69 - 60 - 28 (11 ta' Mejju 2013)
24 - 13 - 19 - 45 - 37 (15 ta' Mejju)
Manty Bugeja s-sewwieq tad-drag racing ingħata merħba ta' ċampjin hekk kif ftit tal-ħin ilu wasal fl-ajruport ta' Malta. Bugeja rebaħ il-Kampjonat Ewropew tad-drag racing mat-tim tiegħu Mr. Whippy Racing Team.
Din il-kompetizzjoni hija meqjusa fost l-eħrex tal-Ewropa, fejn il-karozzi jlaħqu veloċità ta' 260 mil fis-siegħa f'ħames sekondi. F'din il-kompetizzjoni ħadu sehem 300 kompetitur u b'kollox saru sitt tlielaq, tnejn fl-Ingilterra u l-Isvezja u waħda fil-Finlandja u fil-Ġermanja.
Numru ta' nies marru l-ajruport jilqgħu lil Bugeja u jifirħulu għas-suċċess tiegħu. Barra mill-ajruport kien hemm ukoll karozza double decker imżejna bl-isfar u l-aħdar il-kuluri tal-Mr. Whippy Racing Team tistenna l-Bugeja biex idur dawra fiha.
Proset mr Whippy Proset KALANC racing team ghamiltuna kburin ! Grazzi
Well Done boys :-)))))))))))))))
Nammetti li ma tantx jien delettant ta' dan l-isports imma prosit. Prosit ghalik personali u t-team tieghek u grazzi talli ghamlit isem ghal pajjizna. Well done!