Gradwat mill-Università ta’ Londra fl-ekonomija, il-management u t-teknoloġija tal-informatika. Matthew Paris għandu 30 sena u huwa wkoll gradwat mill-Università ta’ Malta fis-soċjoloġija u l-liġi. Qiegħed jagħmel teżi dwar ‘online dispute resolution’ biex jikseb dottorat fil-liġi. Matthew huwa wkoll kunsillier fil-lokalità tal-Floriana f’isem il-Partit Nazzjonalista, filwaqt li huwa wkoll involut fil-qasam sportiv b’mod partikolari l-futbol.

Li tkisser sewwi Grey!

19:42  |  20.09.2012

Il-weekened li għadda kien impenjattiv għalija. Kelli diversi attivitajiet u allura kelli l-opportunità niltaqa’ ma' diversi nies. Speċjalment nhar il-Ħadd, fejn filgħodu attendejt għal attività ġewwa l-Floriana, wara nofsinhar kelli ikla, filwaqt li filgħaxija ltqajt ma' xi ħbieb tiegħi. Ħaġa tal-iskantament, it-tema rikkorenti kienet in-novella tant popolari "Fifty Shades of Grey". 

Persważ li ħafna tafu bejn wieħed u ieħor it-tema ta' din in-novella. Oħroġ il-għaġeb, jiena ma kontx naf! 

Dan nissel fija interess biex nifhem aħjar, u nesplora wkoll il-kurżità li ħafna nies għandhom dwar din in-novella.  Bdejt naqra u wara ftit waqaft!

L-ewwel ħsieb tiegħi kien dwar il-mod differenti ta' kif ġew trattati novelli bl-istess tema, u ċioè - 'Li tkisser sewwi' vs 'Fifty shades of Grey'. Filwaqt li tal-ewwel waslet lill-awtur quddiem il-Qrati tal-Maġistrati, it-tieni waħda waslet lill-awtur għall-popolaritá u kemxa flus. Bejni u bejn ruħi staqsejt, jista’ jkun li r-riforma li kien ħabbar il-Ministru DeMarco ta’ self-regulation ħalliet daqstant frott malajr. Diffiċli, ngħid jien! 

Dan wasalni għat-tieni ħsieb tiegħi, u ċioè il-mod ta' kif jiġu stmati b'mod differenti l-lingwa Maltija u dik Ingliża.  Riċentament kien hawn programm dwar dan, fejn intqal li kliem Ingliż b'ċertu konnotazzjonijiet sesswali huma aċċettati, filwaqt li l-istess kliem bil-Malti huma meqjusa bħala baxxi, ħamalli, u kultant saħanistra moqżieża! Irridu napprezzaw aktar il-lingwa tagħna... dak li hu ħażin bil-Malti hu ħażin ukoll bl-Ingliż u dak li huwa tajjeb bl-Ingliż huwa ukoll tajjeb bil-Malti. L-ebda kombinazzjoni oħra m’għandha tkun aċċettata.

(Dan ma’ jfissirx li ż-żewg novelli huma ħżiena... dan ifisser li ‘Li tkisser sewwi’ kellha tkun trattata bl-istess id ħanina bħalma kienet trattata ‘Fifty shades of Grey’)

kummenti
3
 
(imla l-kaxxi kollha)
Isem
Imejl
Telefon
Kumment

charles farrugia

   Fri 30-Aug-2013, 10:07

Fifty Shades huwa "Rumanz" erotiku li ghalkemm il-kontenut jasal biex "jecita" w jqanqal fl-istess hin wara ftit taqra listess li tkun qrajt kapitlu iehor i.e. l-istess kontenut. Ma nistax nifhem fejnha l-istorja f'dan ir-rumanz. Jien qrajt hafna rumanzi b'xejriet "seswali" li verament fijhom storja fosthom ' A Wild Surge of Guilty Passion ta' Ron Hansen bazat fuq storja vera. Mhux ta' min jitilfu!

Leli

   Sat 15-Sep-2012, 15:06

Naqbel mal-argument per se, imma ma nistax ma nikkummentax u ngħidlek li "Grey" huwa Rumanz u mhux novella. Hemm ġeneru jaqsam bejniethom. Novel għalll-Ingliżi hija Rumanz u Short story hija novella kif nifhmuha l-Maltin. Biss kif għedtlek naqbel mija fil-mija mal-argument tiegħek dwar il-lingwa Maltija u li m'għandiex titqies bħala baxxa. Int tħobb il-futbol bħali mela għax flok "hooligans" u "ultras" ma nibdewx insejħulhom "ir-Ribelli" jew "L-Imqarbin"...?

j borg

   Thu 13-Sep-2012, 13:28

prosit ... artiklu tajjeb