![]() |
Xemxi |
|
18° C |
|
12° C |
|
3 |
|
80% |
86 - 26 - 16 - 68 - 03 - 69 - 60 - 28 (11 ta' Mejju 2013)
24 - 13 - 19 - 45 - 37 (15 ta' Mejju)
Ir-rampa li min-naħa tal-Ħamrun tagħti għal fejn hemm il-Maltapost ingħalqet bħala prekawzzjoni. Dan minħabba ħsarat li hemm fuq dak magħruf bħala l-pont tal-Pepsi.
Wara diversi karozzi li daħlu fir-‘railing’ u kkawżaw ħsarat strutturali, uffiċjali min Transport Malta, fosthom perit, għamlu spezzjoni tal-ħsarat. Kull min jgħaddi regolarment min-niżla li tiġi għar-rawndebawt li tagħti għall-ħdejn il-Maltapost fil-Marsa, seta’ jara li l-ħajt ħiereġ ’il barra bi knatan maħruġin nofshom ’il barra b’periklu kbir li jistgħu jaqgħu għal fuq il-karozzi.
Għaldaqstant wara li saret spezzjoni, l-perit iddeċċidiet li r-rampa għandha tingħalaq għat-traffiku b’effett immedjat. Għaldaqstant il-Pulizija tat-Traffiku għalqu l-aċċess sakemm aktar tard mar il-kuntrattur u poġġa blokki tal-konkrit u sinjali li jindikaw li l-aċċess ingħalaq.
Konsegwenza ta' dan iż-żona u l-irħula tal-madwar huma milquta minn traffiku.
Kemm inghatat manutenzjoni din it-triq, u ohrajn bhala, f' dawn l-ahhar 25 sena ? Jiena nghid li QATT, hlief ghal forsi xi ftit traqqieh l' hemm u l' hawn. .