![]() |
Xemxi |
|
18° C |
|
12° C |
|
3 |
|
80% |
86 - 26 - 16 - 68 - 03 - 69 - 60 - 28 (11 ta' Mejju 2013)
24 - 13 - 19 - 45 - 37 (15 ta' Mejju)
Wara li maġistrat talab lill-awtoritajiet biex jinvestigaw avukat tal-għajnuna legali, l-avukat innifsu ċaħad l-akkuża tal-maġistrat u qal li omm l-akkużat li deher għalih saħansitra rringrazzjatu għal dak li għamel ma’ binha.
Il-każ kellu l-bidu tiegħu meta Alan Caruana, Żejtuni ta’ 33 sena li għandu l-vizzju tad-droga, instab ħati ta’ serq minn ‘confectionery’ fl-istess lokal u tpoġġa taħt ‘probation’ għal tliet snin.
Fis-sentenza tiegħu l-Maġistrat Francesco Depasquale rrimarka li l-Avukat Mark Busuttil ma deherx għal Caruana f’erba’ seduti u talab lill-awtoritajiet biex jinvestigaw għala dan naqas milli jagħmel xogħlu kif suppost.
L-avukat tal-għajnuna legali huwa servizz mogħti mill-Gvern lil dawk li ma jkollhomx mezzi finanzjarji biex iqabbdu avukat tal-għażla tagħhom.
Madankollu, mitlub jagħti r-reazjoni tiegħu, l-Avukat Busuttil ċaħad li huwa naqas li jagħmel xogħlu kif suppost u għalkemm qal li huwa veru li kien hemm xi seduti li ma deherx huwa kien diġà għamel it-trattazzjoni tal-każ u kien jonqos li jitħejja rapport mill-‘probation officer’ dwar l-akkużat.
Huwa qal li huwa faċli tikkritika avukat li ma jkunx deher f’awla imma l-verità hi li mhux il-kawżi kollha jibdew fil-ħin li suppost ikollhom jibdew. Skont hu, jekk kawża quddiem maġistrat iddum ma tibda dan se jaffettwa x-xogħol tal-ġurnata bil-konsegwenza li ttelliflu l-kumplament tal-kawżi għal dik il-ġurnata.
L-Avukat Busuttil qal li x-xogħol għall-avukati tal-għajnuna legali huwa wieħed kbir għax barra li jkollhom xogħol ta’ klijenti oħrajn, in-numru ta’ avukati tal-għajnuna legali qed jonqos.
Bħala Mid-Dlam ghad-Dawl spiss niltaqghu ma' każijiet bhal dawn. Bhalissa hemm ta' l-anqas zewg prigunieri li qeghdin isostnu li l-avukat tal-ghajnuna legali li gie mqabbad ghalihom QATT ma deher il-qorti meta kellhom seduta u l-kaz taghhom issa inghalaq u se jghaddu guri.
George Busuttil
Fondazzjoni Mid-Dlam ghad-Dawl