![]() |
Xemxi |
|
18° C |
|
12° C |
|
3 |
|
80% |
86 - 26 - 16 - 68 - 03 - 69 - 60 - 28 (11 ta' Mejju 2013)
24 - 13 - 19 - 45 - 37 (15 ta' Mejju)
41 kumpanija fosthom 18-il entità pubblika u 23 kumpanija privata, illum ingħataw ċertifikat ta’ rikonoxximent talli offrew il-possibilità lil 64 persuna b’diżabilità biex jagħmlu esperjenza ta’ xogħol magħhom. Dan għamluh billi pparteċipaw fil-proġett Me2, proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea – Fond Soċjali Ewropew u mmexxi mill-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali bi sħab mal-ETC u l-KNPD.
Waqt l-attività ta’ dalgħodu l-Ministru għall-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja Chris Said qal li l-impenn tal-Gvern hu li jkompli joħloq l-opportunitajiet ta’ xogħol għall-persuni b’diżabilità. Hu qal li l-persuni b’diżabilità għandhom ħafna x’joffru lis-soċjetà tagħna u mill-integrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol igawdu kemm il-persuni b’diżabilità nfushom kif ukoll il-kumpaniji li joffrulhom l-opportunità ta’ impjieg. F’dan il-kuntest hu rringrazzja lill-41 organizzazzjoni, il-biċċa l-kbira minnhom mis-settur privat, li taw l-ispazju lill-persuni b’diżabilità biex jaħdmu.