![]() |
Xemxi |
|
18° C |
|
12° C |
|
3 |
|
80% |
86 - 26 - 16 - 68 - 03 - 69 - 60 - 28 (11 ta' Mejju 2013)
24 - 13 - 19 - 45 - 37 (15 ta' Mejju)
Elton John Cini ta’ 36 sena miż-Żurrieq tilef ħajtu kawża ta’ xokk elettriku meta kien qed jaħdem fil-kunvent tas-sorijiet fl-Imrieħel.
Għall-ħabta tas-18.20 Cini kien qed juża ċ-chaser, magħrufa aħjar bħala ‘fekruna’, biex jagħmel trinka fil-ħajt. Huwa kien qed jagħmel xi xogħol fil-kunvent tas-sorijiet li jinsab fi Triq Notabile fl-Imrieħel, limiti ta’ Birkirkara. Kif kien qed iħaffer jidher li laqat wajer tal-elettriku li minnu kien għaddej il-kurrent b’konsegwenza li Cini ħa xokk u tisbita kbira.
L-ewwel għajnuna bdiet tingħatalu minn kollegi tiegħu u nies oħra li kienu fil-kunvent. Dan sakemm waslet ambulanza b’żewġ infermieri u tabib. Dawn komplew jagħtuh il-messaġġi u peress li qalbu ma kinitx qed tħabbat tawh ukoll xokkijiet. Dan l-intervent tkompla fl-ambulanza fi triqtu lejn l-Isptar Mater Dei. Anke hawn it-tobba, fosthom Michael Spiteri, komplew jipprovaw minn kollox u reġgħu amminstraw ix-xokkijiet fuq qalbu b’tentattiv li din terġa’ tibda’ tħabbat, iżda l-intervent iddisprat tat-tim mediku kien għalxejn għax Cini miet fl-emerġenza.
B’din it-traġedja ġie informat il-Maġistrat Carol Peralta li ordna inkjesta u ħatar l-esperti tal-Qorti, fosthom it-Tabib Forensiku Mario Scerri. Il-Pulizija għadha qed tinvestiga din il-fatalità.
(Ritratt: John Pisani)
Bniedem b mewta sfortunata,j`alla lbambin isabbar lil familtu u jitfa jdejh fuqom.. RIP habib..