Biża’ minn ħuta li taqta’ l-partijiet intimi tal-irġiel

18:28  |  25.08.2012

Fl-aħħar jiem tlett itfal esperjenzaw ħaġa mhux tas-soltu hekk kif kienu qegħdin jgħumu fix-xmara Mekong li tinsab fir-reġjun ta’ Thap fil-Vjetnam meta ħuta attakkatilhom il-parti tagħhom.

Dan il-każ qajjem paniku kbir hekk kif ġew irrapportati diversi każi oħrajn fejn l-istess ħuta ġidmet lil irġiel oħrajn fl-istess parti ta’ ġisimhom b’konsegwenza li qatgħet barra l-organu sesswali tal-irġiel.

Fil-5 ta’ Awwissu, Nguyen Huu Thien ta’ seba’ snin safa attakkat minn din il-ħuta li qatgħetlu l-parti intima tiegħu barra. Thien kien qed jgħum ma’ sħabu fix-xmara Kenh Giua filwaqt li kien mgħasses mill-ġenituri tiegħu. Skont xhieda rrapportati minn Morning Starr, it-tifel beda jgħajjat u pprova jneħħi l-ħuta b’idejh. It-tifel spiċċa biex kellu jittieħed l-isptar kważi mingħajr l-organu sesswali.

Erbat ijiem wara tifel ieħor li kien qed jgħum fl-istess inħawi flimkien ma’ oħtu safa attakkat u għal darb’oħra kważi tilef il-parti intima tiegħu wkoll. Ma kienx l-aħħar wieħed hekk kif kien irrapportat ukoll każi ieħor iżda ma ngħatawx dettalji dwaru.

S’issa ħadd għadu ma jaf eżatt x’tip ta’ ħuta hi però hemm suspetti li din il-ħuta hi l-‘pacu’, li tixbaħ il-piranja iżda li għandha s-snien bħal ta’ bniedem. Li hu stramb li ssoltu l-‘pacu’ tinstab fl-Amerika t’Isfel.

kummenti
8
 
(imla l-kaxxi kollha)
Isem
Imejl
Telefon
Kumment

Vicky Grech

   Mon 27-Aug-2012, 11:17

jista' jkun il-kaz li din hija vera. Ref.:

http://en.wikipedia.org/wiki/Pacu

Christine

   Sun 26-Aug-2012, 15:01

What a femme fatale.... reminds me of dear Sharon.

c wahda pls

   Sun 26-Aug-2012, 14:56

ghandi proposta - minflok jintefghu l-habs dawk li jabbuzaw mit-tfal ghandhom jintbaghtu jaghmlu ghawma fix-xmara mal-'pacu' (b' c wahda pls)... b'hekk zgur jigu ri-formati! ;)

Bjorn Borg

   Sun 26-Aug-2012, 03:40

Ma kellux hafna gobon hux?!

LOL

   Sat 25-Aug-2012, 23:47

eric theuma ..... fqajtni ee haha :'F

mario delicata

   Sat 25-Aug-2012, 21:26

A big big lie !! Only an idiot will believe such nonsense.

grezzju

   Sat 25-Aug-2012, 21:25

So I must say it's a female friendly river

eric theuma

   Sat 25-Aug-2012, 18:38

jien nahseb li kull pacu jista jaqta l'orgni sesswali taq l'ligiel LOL