ĦIERĠA

  • Set 12, 2013 09:02
  • Miktub minn

    Hi aħbar tajba li l-ekonomija Ewropea tinsab ħierġa minn riċessjoni. L-Ewropa kien ilha wisq ekonomikament bid-deni.

    Mingħajr sinjal li hemm dawl inemnem f’tarf il-mina, dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet ta’ investiment u b’hekk joħolqu x-xogħol, jibqgħu jittitubaw. Aħbar serja dwar it-tmiem tar-riċessjoni, isservi biex tagħti l-fiduċja fil-futur.

    Tibqa’ l-problema li r-rankatura ekonomika għadha waħda fraġli. Barra mill-Ewropa, inġema’ s-sħab fuq l-ekonomiji l-ġodda li fl-aħħar snin, kienu jagħtu faraġ waqt li l-Ewropa, l-Amerika u l-Ġappun għotru jew staġnaw.

    Ninsabu f’dinja globalizzata fejn il-blokki ekonomiċi jistrieħu fuq – u jtellqu ma’ – xulxin. Meta l-blokki jaqtgħu nifishom, il-kapurjuni li jmexxuhom jibqgħu jgħixu l-ħajja tajba tagħhom. Mhux hekk il-ħaddiema, impjegati, self employed żgħar, iċ-ċittadini membri tal-klassi tan-nofs.

    ALLENDE

    Erbgħin sena ilu nhar l-Erbgħa, il-militar skatta kolp tal-istat fiċ-Ċili, pajjiż magħruf bħala fost l-aktar li sostna t-tradizzjoni demokratika. Il-President xellugi/soċjalista Salvador Allende, elett demokratikament, għamel suwiċidju waqt li l-Ġeneral Pinochet li mexxa l-kolp, ġab ħerba fiċ-ċentru tal-kapitali Ċilena u nieda dittatura fost l-aktar brutali li qatt rat l-Amerika Latina.

    Waddab fil-ħabs u qatel eluf ta’ ċittadini li d-dnub tagħhom kien li appoġġjaw l-politika ta’ Allende favur in-nazzjonalizzar ta’ ċerti mezzi ta’ produzzjoni u d-dħul ta’ liġijiet soċjali favur il-fqar. Sa mill-bidu nett, il-gvern ta’ Allende affaċċja reżistenza qawwija minn saffi sħaħ tas-soċjeta li ma setgħux iniżżluha li l-poplu kien ivvota għal riformi meħtieġa.

    Għal nies tal-ġenerazzjoni tiegħi, Allende irrapreżenta l-mod kif ix-xellug b’mod demokratiku, seta’ jdaħħal miżuri ta’ bidla ekonomika u soċjali. Ma stajniex nifhmu kif pampaluni tad-demokrazija ferħu għax Allende twaqqa.

    U llum, lanqas nifhmu kif il-wirt politiku tiegħu ntesa.

    DAWK TAL-LE

    F’artiklu interessanti, Mario Vargas Llosa jiddiskuti ktieb qadim ta’ Jorge Semprun li jqabbel tliet personalitajiet Ewropej ta’ kalibru kbir: Edmund Husserl, filosfu Lhudi, pijunier tal-fenomenoloġija, persegwitat min-Nażi; Marc Bloch, storiku u membru tar-Reżistenza Franċiża torturat u maqtul mill-Gestapo; u George Orwell, kittieb soċjalista Ingliż li kiteb ir-rumanz “1984”. Semprun innifsu kien intellettwali komunista li kisirha mal-linja stalinista.

    Li jagħmel l-artiklu ta’ Llosa daqshekk interessanti hu li jorbot dawn l-erbgħa ma’ linja ta’ ħsieb li llum imdorrija nikkritikaw bħala “negattiva”: mentri hi pilastru tal-ħsieb liberali u progressiv fl-Ewropa: il-linja li tgħid le għall-konformiżmu u l-banalitajiet fil-ħajja publika: jidhru pwerili u bla sinjifikat fi żminijiet plaċidi, imma fi żminijiet ta’ kriżi u diżgwid, jsiru l-aqwa għodda fil-mobilizzazzjoni tal-faxxiżmu.

    Riflessjonijiet bħal dawn ta’ Llosa m’għadhom jinteressaw lil ħadd kważi. Dnub.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook