ĦATRIET POLITIĊI

  • Set 05, 2013 09:05
  • Miktub minn

    Xi kultant, meta naqra kummenti ta’ rappreżentanti tal-PN jew tal-“fellow travellers” tagħhom dwar x’inhu jiġri madwarna, ikolli nibda nħokk għajnejja għax ma nemminx x’qed nara. Jiġrili hekk meta naqra l-“kritika” dwar il-ħatriet “politiċi” tal-gvern il-ġdid. Kull ħatra li ma togħġobhomx (ftit hemm li jogħġbuhom), hi waħda “politika” u kundannabbli.

    Ma nafx kif jaħsbu li jistgħu jittieħdu bis-serjetà. Illum per eżempju, maħtura minn gonzi-pn, għandna fost oħrajn: Gvernatur tal-Bank Ċentrali li hu eks-ministru Nazzjonalista; kap eżekuttiv tal-Public Broadcasting Services li kien imexxi l-kampanji elettorali ta’gonzi-pn; il-kap tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li kien kunsillier Nazzjonalista; iċ-ċerperson tal-Kummissjoni Nazzjonali tat-Tfal li kienet segretarju parlamentari Nazzjonalista.

    Kieku kellna nsemmu l-ismijiet ta’ dawk li kellhom kariga taħt il-gvern ta’ qabel Marzu, nispiċċaw b’lista-krema ta’ attivisti ta’ gonzi-pn.

    Tant huma vojta u ipokriti l-istejjer dwar “ħatriet politiċi” li jkollok tiddubita jekk min iwassalhom għadux jgħix f’Malta.

    HOLLANDE U S-SIRJA

    Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-President Franċiż Francois Hollande ta intervista lill-ġurnal “Le Monde” fejn spjega l-pożizzjoni tal-gvern tiegħu dwar intervent militari fis-Sirja. Hollande tkellem b’mod meqjus, waqt li fisser kif jaqbel ma’ attakk limitat flimkien mal-Amerikani, fuq il-gvern ta’ Assad, biex jikkastigah talli uża armi kimiċi kontra l-popolazzjoni Sirjana.

    Fil-maġġoranza kbira tagħhom, il-Franċiżi ma jaqblux ma’ Hollande. Nifhem għaliex.

    Dejjem kelli simpatija kbira lejn il-Partit Soċjalista Franċiż li dejjem wera simpatija kbira lejn il-Partit Laburista (Malti),.

    Biss nikkonkludi li r-raġuni vera għaliex Franza lesta tattakka lis-Sirja mal-Istati Uniti hi din: Aktar kmieni din is-sena, l-Amerikani taw għajnuna imprezzabbli lil Franza meta invadiet lill-Mali. Mingħajr l-għajnuna Amerikana, l-invażjoni x’aktarx kienet tirrokka. U issa, Franza ma tistax tibqa’ lura milli tappoġġja lill-Amerika.

    ŻURRIEQ

    Il-Ħadd li għadda fiż-Żurrieq għaddejt ma’ ħbiebi minn nofs il-belt qadima, li mill-pjazza ta’ maġenb il-knisja tiġbdek lejn in-Nigret. Toroq dojoq mill-isbaħ fejn jispikka l-karattru tal-irħula Maltin (u Għawdxin),.

    Ftakart f’okkażjoni oħra meta għaddejt minn hemm, snin twal ilu – lanqas irrid ngħid kemm ilu! Konna ntbagħtna bħala studenti universitarji niġbru s-soldi bil-kopp mid-djar taż-Żurrieq, bħala parti minn kampanja ta’ ġbir li kienu jagħmlu l-istudenti f’dawk is-snin.

    Ftakart kemm konna stagħġibna naraw li r-residenti kienu jħallu ċ-ċwievet tad-dar tagħhom fis-serratura tal-bieb ta’ barra. Triq wara triq, b’bibien ta’ barra jġorru ċ-ċwievet. Qatt ma rajt eżempju isbaħ ta’ fiduċja fil-ġirien...

    Il-Ħadd li għadda, dawk magħna li kienu miż-Żurrieq – imwielda, miżżewġa u bit-tfal imweldin hemm – qalu li ma jiftakruhiex din il-biċċa.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 7

  •  
    anonimu
    Set 05, 2013

    Dr Sant, nahseb int mhintix tghix f'Malta !! il-PL wieghed li mhux se jaghmel dawn il-hatriet politici u ghamel mizibilju minnhom u fuq kollox il-PN ma tax hatriet li-turncoats, bhal Muscat

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 05, 2013

    Apparti dawn, ghandna nies ohra f'pozizzjoni tajba li tpoggew mill-Partit Nazzjonalista u ilhom ipappuwha sew, thallew hemm u xorta huma u l-familjari jitkellmu bi hdura

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 05, 2013

    Joseph Muscat wieghed Malta Taghna Lkoll u hekk ghamel. Ghandna nies imexxu bhal Jason Micallef, Aaron Farrugia u James Piscopo. Ghandna nies ohra bhal Oliver Friggieri u Charles s-City Gatt U sahansitra ohrajn bhal Lou Bondi u Fran

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 05, 2013

    @Cikku.Jigifieri int qed tghid biex wara 25 sena fil-gvern certu pozizzjonijiet jibqghu hemm! Malta Taghna Lkoll tfisser li kemm laburist

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 05, 2013

    Dr Sant, dwra ic-cwievet fil-bibien sewwa ghedt, imam issa b'das s

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 05, 2013

    Dr Sant, naf ma dawn inutli tahli l-hin, imma kieku xi hadd kellu jaghmel ezercizzju u jigbor lista ta kemm kien hem

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 05, 2013

    @cikku Semmili bniedem wiehed laburist li kellu kariga gholja fil 25 sena ta gvern nazzjonalista??

    Irrispondi
  •  

Facebook