Ta' Smart City qed iħallsu'

  • Aww 06, 2012 09:32
  • Miktub minn

    Kellmuni ħaddiema li jaħdmu ma’ kuntratturi Maltin li qed jagħmlu xogħlijiet ta’ bini u attrezzar għal Smart City. Għat-tieni xahar wara l-ieħor huma baqgħu ma tħallsux. L-imgħallmin qalulhom li Smart City mhux qed jagħmlu l-pagamenti dovuti u allura huma ma setgħux iħallsu lilhom... għalissa.

    Dawn x’affarijiet huma? Hu minnu li l-proġett ta’ Smart City li tant kellna fanfarri ta’ propaganda dwar kif se jtellagħna fil-quċċata tat-teknoloġija moderna, qed ikollu problemi biex iħallas? U jekk hu hekk, kif għandhom ikunu l-ħaddiema ż-“żgħar” li jagħtuh in-nifs?

    Veru li drajna ma tantx nagħtu kont tal-“ħaddiema”, kelma li m’għadhiex moda, l-aktar jekk ikunu ħaddiema “tal-id”. Imma li gonzi-pn iħalli dawn l-affarijiet jiġru, wara l-ftaħir kollu dwar Smart City, jimlini rabja. Fl-aħħar snin, irnexxew sew il-manuvri biex ħafna ħaddiema “tal-id” jispiċċaw emarġinati, b’impjiegi prekarji u mbiegħda mill-unjins li jistgħu jiddefendulhom l-interessi tagħhom.

    Konflitti ta' interess

    Ftit jifhmu kemm jeżistu konflitti ta’ interess f’pajjiżna – bejn il-privat u l-pubbliku, bejn il-kummerċjali u l-politika, bejn il-Knisja u l-għaqdiet volontarji, bejn l-avukaterija u l-forzi li jmexxu l-ħarsien tal-pajjiż, bejn l-amministrazzjoni tal-gvern u l-partiti politiċi... fost oħrajn. Rabbejna minn ilu ħafna, il-kultura ta’ ħokkli dahri biex inħokklok tiegħek. Dan ma jsirx b’xi kuntratt miktub imma bħala drawwa aċċettata u qadima, jew bħala rabta ta’ omertà. Matul deċennji, il-konflitti ta’ interess li ħadd ma jinduna jew jimportah minnhom kienu s-siment li żamm il-klikkek tal-poter f’pajjiżna magħquda biex ikomplu jgawdu huma l-ewwel u qabel kollox, taħt il-partiti politiċi kollha, minkejja kull bidla fl-istrutturi soċjali u fit-teknoloġiji li bihom immexxu l-ekonomija.

    Arafat

    Sirt naf b’mewtu tard wisq biex nattendi għall-funeral. L-aħbar qajmitli ħafna tifkiriet ta’ kemm ħdimna flimkien, u ġieli wkoll tbegħidna minn xulxin. Joe Masini kien punt ta’ referenza Laburista f’Għawdex li ma stajtx tinjorah jew twarrbu. Kont issibu dejjem attent, dejjem informat, dejjem lest jaħdem fuq proġetti li kien jaqbel magħhom. B’għajnejh jixegħlu nofshom daħkana, nofshom imgħaddba, kien jagħtik f’mument stampa dettaljata ta’ xi jkun għaddej... anki meta ma kinitx tkun dejjem korretta għal kollox. L-aqwa kwalità tiegħu kienet il-kuraġġ: niftakar meta matul il-kampanja elettorali tas-sena 2003, wara li sirt naf li f’nofs ħidmietu kien tah attakk qawwi f’qalbu, tlajna malajr narawh fl-Isptar ta’ Għawdex. Malli lemaħni, b’għajnejh jixegħlu, ipprova jitkellem – dwar il-kampanja li kienet għaddejja qalila. Hu u jitkellem, reġa’ intilef... Nagħti l-kondoljanzi profondi tiegħi lil familtu kollha.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0