FIL-PAC

  • Set 02, 2013 13:01
  • Miktub minn

    Fil-laqgħat tal-kumitat tal-kontijiet publiċi tal-Parlament (PAC), biex jinvestigaw kif kien isir ix-xiri taż-żejt, tista’ tqum tendenza perikoluża. Allaħares, kmieni wisq, il-laqgħat jintilfu f’polemika dwar x’sar tajjeb jew ħażin. Dik forsi se tkun it-tattika tal-Oppożizzjoni biex kulħadd jehda f’kontroversji prematuri u l-fatti jibqgħu imżellġa.

    Mentri fl-ewwel stadji, l-importanti hu li joħorġu l-fatti kollha rilevanti. Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali fuq il-każ ippernja fuq dokumenti misjuba minnu jew mogħtija lilu. Il-fatti dwar min ta l-istruzzjonijiet lil min, meta u kif, x’kienu l-istruzzjoniiet u kif twettqu d-deċiżjonijiet meħuda għad iridu joħorġu fil-firxa kollha tagħhom.

    Dan isir b’mistoqsijiet dettaljati u konsegwenti waħda fuq l-oħra li jsammru l-fatti. Hu proċess delikat. Malajr jitħarbat u jsir konfuż jekk jiġi interrott mill-polemika partiġġjana. Veru li ma jattirax l-interess tal-midja u l-parlamentari jiddependu mill-midja biex in-nies issir taf b’ħidmiethom. Imma mingħajru mhux se jinkixef x’ġara tassew.

    KONSUMATURI

    L-aġenzija tal-vjaġġi li falliet u ħalliet isaffru lill-klijenti tagħha, li kienu diġà ħallsuha għall-vaganzi li kellha tipprovdilhom, toffri eżempju lampanti ieħor ta’ kemm għadna lura fil-ħarsien tal-konsumaturi. Għalkemm għandna għaqda li ilha mwaqqfa biex tiddefendihom, ir-riżorsi tagħha baqgħu fjakki wisq.

    F’dal-qasam, l-Unjoni Ewropea varat inizjattivi tajba imma għadna lura sew milli nwettquhom b’mod effettiv.

    Iċ-ċittadin konsumatur jinsab f’qagħda ħafna aktar dgħajfa miċ-ċittadin ħaddiem biex jistinka għal drittijietu. Malli jirbaħ il-każ tiegħu jew jitilfu, jitlef ukoll kull interess fil-kwistjoni ta’ kif hu u nies bħalu jistgħu jiġu protetti. Sadattant, kull gvern sa issa donnu beża’ li jekk ikun attiv “wisq” fil-ħarsien tal-konsumatur, jitqies bħala li hu kontra n-negozju privat.

    Il-konsumatur baqa’ waħdu, iżolat.

    PASCAL

    “It-tabib Pascal” jiġi l-aħħar rumanz ta’ Emile Zola fis-sensiela ta’ 20 rumanzi tiegħu li jsegwu l-istorja tal-familja Rougon-Macquart fi Franza ta’ nofs is-seklu dsatax. Hu tmiem interessanti għalkemm mhux fost l-istupendi ta’ sensiela fejn spiss Zola ta xhieda tal-maestrija tiegħu fl-arti u t-teknika tar-rakkont. Meta spiċċajt naqrah, reġa’ ddispjaċieni li għadni ma qrajtx ir-rumanzi kollha tar-Rougon-Macquart, imma biss l-aqwa fosthom.

    F’“Pascal” Zola jdeffes numru ta’ temi li mhux dejjem jorbtu tajjeb flimkien: naturalment, ħarsa lura lejn inċidenti ewlenin fil-kotba ta’ qabel; it-tema ta’ kif ix-xjenza taħsad l-għerf u ġġib il-progress; l-eredità bħala fattur ewlieni fil-ħajja tal-bnedmin; u l-intriċċ sentimentali bejn it-tabib u n-neputija ħafna iżgħar minnu fl-età, li jirrifletti inċidenti fil-ħajja tal-kittieb innifsu. Għal ħafna snin, Zola ma baqax moda; dnub, għax lil hinn mit-tikketti li tgħabbew fuqu, għad għandu ħafna x’jgħidilna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Set 05, 2013

    Id-drittijiet tal-konsumatur f'Malta huma ezempju, jekk kellna bzonn ezempju, ta' kemm pajjizna

    Irrispondi
  •  

Facebook