Ma setax ikun hemm deċiżjoni oħra ħlief dik li x-xarabankijiet il-kbar, li “jitqgħawġu”, jitneħħew mit-toroq sakemm jiġi determinat x’kien li qed jagħtihom in-nar. L-ebda awtorità serja ma tista’ tittollera s-sogru li n-nies tweġġa’ jew tinħaraq għall-mewt fuq servizz publiku bħal dak tat-trasport.
Lil hinn min din il-problema, hemm l-oħra dwar l-andament tat-trasport publiku fil-pajjiż. Il-wirt ta’ gonzi-pn f’dan il-qasam ukoll jibqa’ diżastruż. Biex jidħol is-servizz tal-Arriva, intefqu miljuni kbar ta’ ewro. Dawn tqiesu bħala parti mill-investiment tal-pajjiż. Imma investiment li jmur żmerċ jiġi jiswa ħafna anqas milli jkun intefaq fuqu.
B’xorti ħażina, investimenti sostanzjali li saru taħt tmexxija Nazzjonalista jridu jitqiesu b’dan il-kejl. Biżżejjed wieħed jiftakar fl-għexieren ta’ miljuni li ntefqu fuq l-isptar Mater Dei għaxar snin ilu, biex spiċċa wisq ’il bogħod milli tassew jaqdi l-għanijiet li nbena għalihom.
KIMIKA FIS-SIRJA
Għamilha min għamilha, l-atroċità li twettqet fis-Sirja bl-attakk kimiku fuq ċittadini “komuni” jixiriqlha l-akbar kundanna, waħda bla riżerva.Madankollu, jien nara problema bil-mod kif qed tiżviluppa din il-kriżi. Naħseb li ż-żewġ naħat fil-gwerra ċivili Sirjana huma kapaċi li jwettqu atroċitajiet, l-aqwa li “jirbħu”; jew aħjar ngħid li oqsma attivi fiż-żewġ naħat jaslu għal hekk.
L-Istati Uniti u alleati tagħha qed iwaħħlu fil-gvern ta’ Assad. Sakemm qed nikteb dan, jidhru li resqin biex jieħdu passi militari.
Issa fl-imgħoddi, l-istess pajjiżi kienu ħabbru ma’ kulħadd li r-reġim Iraqi ta’ Saddam Hussein qed jaħżen armi li joħolqu qerda massiċċa. Għalhekk, invadew l-Iraq u għamlu ħerba minnu. Wara, baqa’ ma ngħatat l-ebda evidenza biex tipprova li tassew Saddam kellu l-armi li qalu li kellu.
Ma narax li l-Istati Uniti u l-alleati tagħhom huma f’pożizzjoni tajba biex jikkonvinċu li naħa waħda u mhux oħra fil-gwerra Sirjana, hi responsabbli għall-attakk faħxi li twettaq.
MARTINU
Fl-aħħar qed insib ħin biex insir naf aħjar il-mużika tal-kompożitur Ċek Martinu. Ili b’xi CDs tiegħu imma rari daqqejthom; waqt li issa, imniżżla mill-you tube fil-verżjoni tal-BBC Symphony Orchestra diretta minn Jiri Belohavlek, qed insir midħla tal-ewwel simfonija. Martinu kiteb sitta minnhom, fis-snin ta’ eżilju fl-Istati Uniti. Kien diġa kiteb għadd sostanzjali ta’ kompożizzjonijiet, fejn rabba lingwaġġ distintiv u interessanti.
L-ewwel simfonija tagħti xhieda minnufih ta’ maturita u l-melodiji li tiżviluppa jibqgħu fil-memorja, qishom dellijiet li ma jinħallux malajr. Qed nitħajjar li wara din, inkompli nsegwi s-simfoniji waħda fuq l-oħra ta’ Martinu; ħalla warajh firxa sħiħa ta’ komposizzjonijiet ta’ kull ġeneru.
Ritratt: Ray Attard
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.
anonimu
Aww 29, 2013Hekk hu. L-ewwel u qabel kollox qed tgħidli qalbi, Obama u Putin irridu jfassalu pożizzjoni komuni mal-membri kollha tal-Kunsill tas-Sigurtà. Minflok jaraw kif ha jirrangaw il-problemi bejniethom, ha jinholqu storja ohra.
Irrispondianonimu
Aww 30, 2013Kulhadd jiftakar filmati tal-Al Qaeda fejn jidhru jesperimentaw bil-gass fuq klieb u annimali ohra. Dawk li qed jiggieldu fis-Sirja huma wkoll gellieda tal-Al Qaeda jew mghejjuna minhom u ma ni
Irrispondi