X’NIXTRU U X’INBIEGĦU

  • Aww 26, 2013 10:28
  • Miktub minn

    L-istatistika tal-importazzjoni u l-esportazzjoni – għedtha kemm-il darba diġa – qed tagħti stampa mħarbta ta’ xinhu għaddej fil-qasam tal-kummerċ internazzjonali ta’ pajjiżna. Qabel, iċ-ċifri kienu jiddistingwu bejn x’jinxtara minn barra għall-konsum lokali, u x’jinxtara biex jerġa’ jinbiegħ barra. Kienu jiddistingwu wkoll bejn dak li jinħadem sew f’Malta u dak li qegħdin wara li xtrajnih minn barra, sempliċement nerġgħu nbigħuh barra.

    Bħala eżempju: skont l-istatistika tal-lum, fost l-aqwa bejgħ tagħna barra hemm il-prodotti taż-żejt. Imma jekk sa issa għadna ma nipproduċux żejt, kif qed jirnexxielna nesportawh? Għall-“bunkering”, qed nixtru minn barra kwantitajiet kbar ta’ prodotti taż-żejt. Il-“bunkering” hu negozju tajjeb u rridu nsostnuh.

    Imma l-attivita ekonomika li jrendi ma titqabbilx ma’ dik li toħroġ mill-esportazzjoni ta’ prodotti maħduma kollha jew kważi kollha, f’Malta.

    Minħabba f’hekk, il-kejl ta’ x’nixtru u nbigħu bħala pajjiż, kif qed jintwera mill-istatistika, hu wieħed konfuż.

    ĊIPRU U R-RUSSI

    Meta fuq Ċipru, l-Ewropej taż-żona ewro imponew l-aktar kondizzjonijiet ħarxa li saru sa issa biex pajjiż tal-ewro jingħata għajnuna biex jaffaċċja l-kriżi finanzjarja li sab ruħu fiha, bħala raġuni ssemmiet din: Ċipru ħalla lilu nnifsu jintuża wisq mir-Russi li ħadu dominanza kbira żżejjed fuq is-settur finanzjarju tiegħu.

    Miżura mill-aktar iebsa li l-Ewropej insistew fuqha kienet li depożitanti fil-banek Ċiprijotti ta’ ’l fuq minn ċerta somma jitilfu parti mid-depożiti tagħhom. Dawn inbidlulhom f’ishma tal-banek fejn iddepożitaw flushom. Numbru sostanzjali ta’ depożitanti kienu Russi.

    B’hekk, l-aqwa bank Ċiprijott, il-Bank ta’ Ċipru, spiċċa b’sidien Russi li jipposjedu issa l-maġġoranza tal-ishma tiegħu. Jekk il-Bank ta’ Ċipru jirnexxielu jibqa’ fil-wiċċ u jibda irpilja, il-pakkett ta’ “għajnuna” lil Ċipru se jkun tbiegħed sew mill-mira ssettjata għalih, li jnaqqas id-dominanza Russa (jekk kienet teżisti), fil-finanzi ta’ Ċipru.

    KOTBA

    Biex il-qari jieħu spinta ’l quddiem f’pajjiżna, sa mill-iċken eta fit-tfal sa fost l-ixjeħ ċittadini tagħna, trid tiddaħħal kultura li tapprezza l-kitba u l-qari.

    Fil-gazzetti u mezzi ta’ komunikazzjoni oħra, insibu features regolari li jiddiskutu u jippromwovu programmi ta’ kull xorta imxandra fuq it-televixin, kif ukoll passatempi u attivitajiet volontarji utli, biex ma nsemmux l-isport. Dawn kollha huma xejriet tajba u ta’ min ifaħħarhom.

    Li jonqos hu l-istess impenn favur il-kotba u l-qari. Hawn, apparti mill-paġni regolari ta’ individwi li jixirqilhom kull ħajr għad-dedikazzjoni tagħhom, ma nsibu xejn li jista’ jitqabbel mal-attenzjoni mogħtija lil setturi oħra. F’pajjiżi Ewropej oħra, ma jiġrix hekk.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  

Facebook