“MONEY NO PROBLEM”

  • Aww 18, 2013 16:26
  • Miktub minn

    L-istejjer li qed nisma’ dwar sparpaljar ta’ flus li sar taħt il-gvern ta’ gonzi-pn ixxokkjawni.

    Konsulenzi biex jitħejjew rapporti fuq materji tal-Unjoni Ewropea li l-uffiċjali pubbliċi kienu jkunu kapaċi jagħmlu (mogħtija lil nies li jiddandnu b’kemm għandhom qalbhom mal-Ewropa), – fil-biedja u sajd, fl-ambjent, fl-enerġija...

    Kuntratti ta’ manutenzjoni lil kumpaniji li ma jagħmlux xogħolhom tajjeb, anzi jħallu l-problemi tekniċi jiżdiedu. U kull sena jiġġeddulhom il-kuntratti... Meta tifli lil min kienu jibbenefikaw, issib fin-nofs lill-istess nies...

    Nominazzjonijiet ta’ persuni, imħallsa tajjeb, għal karigi li jkunu battala minn kull xogħol u responsabbiltà... Ovvjament jiggwadanjaw membri tal-istess klikek.

    It-tmexxija tal-gvern l-antik baqgħet iddominata sal-aħħar mill-għajta ta’ “money no problem”. Din mhux biss imminat l-imġiba ta’ saffi sħaħ mis-soċjetà tagħna, imma baqgħet tmanti l-ibbażużlar bla rażan li kien għaddej fil-qalb tal-istat Malti. Għall-ħala ta’ flus u agħar li kien għaddej, ħallas il-poplu Malti.

    Il-gvern mhux qiegħed jagħfas wisq fuq dan is-suġġett biex ma jidhirx li qed idaħħal klima ta’ pessimiżmu fil-pajjiż. Naħseb madankollu li jrid ukoll joqgħod b’seba’ għajnejn biex ma jħallix il-poplu jitqarraq billi meta jaslu l-kontijiet “tal-ħala” iwaħħal fil-gvern preżenti, minflok f’ta’ qablu.

    NIRIEN FIL-MASRI

    In-nirien ta’ gwerra ċivili fl-aqwa pajjiż Għarbi, il-Masri, xegħlu vampa fl-aħħar ġimagħtejn. L-armata Eġizzjana għandha s-saħħa biex teqred kull oppożizzjoni imma forsi qed toħloq il-ħmira għal estremiżmi ġodda.

    Taħt Mubarak, l-istat ta’ emerġenza baqa’ jinżamm għal tletin sena. L-istat ta’ emerġenza li reġa’ ġie dikjarat kemm se jdum? U x’jista’ jiġri warajh? Milli qed nisma’, ħaġa waħda hi żgura. L-armata Eġizzjana tilfet forsi għal dejjem, l-istatura li tajjeb jew ħażin, bosta Eġizzjani kienu jirrikonoxxulha, dik ta’ istituzzjoni nazzjonali.

    ROD

    Eżerċizzju fin-nostalġija (imma kollox irid ikun fil-ħajja),: mill-you tube niżżilt sensiela sħiħa ta’ kanzunetti ta’ Rod Stewart, mhux fil-verżjoni oriġinali imma f’interpetazzjonijiet li ta f’kunċerti. In-nostalġija toħroġ mill-fatt li Stewart kien fl-aqwa tal-popolarità tiegħu meta ġejt lura Malta fit-tieni nofs tas-snin sebgħin. Kull fejn tmur fil-postijiet tad-divertiment, tisma’ l-leħen “mibrux” tiegħu (wara, ma baqax jitqies aktar bħala “cool”),. Il-ħajja u l-esperjenza li Stewart irrelata magħhom kienu tal-klassi tal-ħaddiema Ingliżi. Irnexxielu jikkonvertihom f’lingwaġġ “pop” li dewa internazzjonalment (għalkemm mhux daqstant fl-Istati Uniti),. Għadni nsib attraenti t-titli tiegħu – “Maggie”, “I don’t want to talk about it” u “You’re in my heart” fost oħrajn. Jimmarkaw l-aħħar żminijiet tal-kultura popolari tal-klassi tal-ħaddiema fl-Ingilterra qabel spiċċat mgħattna taħt ir-romblu Thatcherista.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 4

  •  

Facebook