Ċerti stejjer ma nifhimhomx, jew aħjar ma nifhimx li għandhom jitħallew jiġru. Ċittadina ġiet tirrakontali l-istorja tagħha: fl-2007 kienet imwiegħda bil-kitba mill-Awtorità tad-Djar li se tibbenfika minn skema ta’ għajnuna finanzjarja ħalli b’self mill-bank tixtri dar għall-familja. L-ittra tal-Awtorità kienet fijabbli biżżejjed biex il-Bank isellifha l-flus li kellha bżonn ħalli tidħol għax-xirja.
Imbagħad tal-Awtorità qalulha li milli wegħduha ma hemm xejn għax spiċċawlhom il-fondi. Taw l-istess spjega lill-Ombudsman; dan ma rax li kellu fejn jintervjeni. Sadattant, il-Bank ried flusu lura; tilfet id-dar u l-flus li kienet ħallset għax-xirja tagħha. Hi spiċċat lampa stampa, u ħteġilha temigra f’ċirkostanzi tassew diffiċli. Kelli ngħidilha li ftit hemm rimedju għal każi bħal tagħha.
Skont il-fatti li għandi, żgur mhux sew li ċ-ċittadini tagħna jiġu trattati b’dal-mod minn awtoritajiet tal-gvern. Hu anqas u anqas sew li mbagħad għall-“iżbalji” tal-istess awtoritajiet ikollhom iħallsu l-ispejjeż huma. L-inġustizzja tiġi doppja.
SPANJA VS. ĠIBILTÀ
It-tilwima ta’ issa bejn Spanja u r-Renju Unit hi l-aħħar waħda f’sensiela ta’ tilwimiet miż-żmien meta Ġibiltà, wara waħda mill-gwerer Ewropej ta’ tliet sekli ilu, spiċċat taħt kontroll Brittaniku. L-Ispanjoli dejjem riduha lura. Is-sħubija taż-żewġ naħat fl-Unjoni Ewropea mewtet ħafna mill-antagonżmu li s-sitwazzjoni eżistenti xenxlet bejniethom matul is-snin.
Biss, din id-darba t-temperatura tant telgħet li Spanja tidher lesta li tinsa l-battibekk li kellha ftit ilu mal-Arġentina meta ditta ewlenija Spanjola hemm ġiet nazzjonalizzata bla kliem u bla sliem. Qed tipprova tara tistax tagħmel front komuni mal-Arġentina li min-naħa tagħha, għadha trid lura il-gżejjer tal-Falklands mingħand il-Brittaniċi.
Diffiċli tgħid min għandu raġun u tort f’din il-kwistjoni mħawda. Kurżità oħra hi li Spanja nnifisha għandha żewġ territorji żgħar “tagħha” f’ponot tal-kosta Afrikana faċċata ta’ Ġibiltà. Għall-Ispanjoli, Ceuta u Melilla huma parti integrali minn Spanja daqs kemm Ġibiltà hi parti mir-Renju Unit għall-Brittaniċi.
NOFS IS-SAJF
Nimmarkaw nofs is-sajf b’ruxxmata festi dedikati lil Santa Marija. Fl-Imqabba, l-Qrendi, l-Gudja, l-Mosta, ir-Rabat Għawdex, fl-Imġarr, Ħad-Dingli, Ħal Għaxaq u Ħ'Attard (nittama li ma qabiżli mkien), il-varjetà tat-titulari mifruxa ma’ Malta u Għawdex timpressjonak.
Minnufih warajhom kollha tista’ tgħid, hawn f’Birkirkara fejn noqgħod, tiġi ċelebrata l-festa ta’ Santa Liena. Tidhirli deċiżjoni għarfa dik tal-Karkariżi tal-qedem li għażlu jistennew li jkunu saru l-festi ta’ Santa Marija qabel jiċċelebraw tal-qaddisa tagħhom. B’hekk Santa Liena li setgħet tintefa fil-briju tal-festi l-oħra kollha għaddejja f’salt, baqgħet iżżomm ir-rankatura tagħha bla ebda sogru li tinqaleb mill-istatura tagħha ta’ omm l-imperatur Konstantinu.
alfredsant.org
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.
anonimu
Aww 15, 2013Fuq Ġibiltà: Mhux diffiċli wisq (anzi xejn), tkun taf min għandu raġun jekk il-kriterju jkun x'jixtieq il-poplu ta' Ġibiltà.
Irrispondianonimu
Aww 15, 2013Il-parti dwar l-imgiba hazi
Irrispondianonimu
Aww 16, 2013Jekk tridu taraw it-taħwid li għamlet l-Awtorita tad-Djar, araw il-kundizzjonijiet li għamlet l-iskema ''Sir Sid ta' Darek'' fejn persuni li kellhom ġnien li kien jagħmel mal-flats t
Irrispondianonimu
Aww 16, 2013A.M.Galea dawk il-persuni ghandhom jinfurmaw lill-Ministru ghax jekk kien hemm inmnizzel hekk fil-kuntratt lawtorita tad-dajr ma tistax tibdel il-kuntratt u l-gnien irid jinbiegh mad-dar jew flat xi jkun.
Irrispondianonimu
Aww 17, 2013Tagħallimt, jien fil-fatt hekk għamilt u issa il-kas jinsab l-Awtoritajiet biex jiġi investigat minnhom. Dawn qabdu u fl-iskema għamlu kundizzjonijiet mingħajr ma raw il-kuntratti t
Irrispondi