“PRE-BUDGET”

  • Aww 11, 2013 15:51
  • Miktub minn

    Id-dokument ta’ qabel il-baġit għas-sena 2014, ippublikat il-ġimgħa li għaddiet, iffrankalna l-ħafna kliem akkademikament sbieħ u teknikament pwerili li kienu jtawlu r-rapporti tas-snin ta’ qabel. Din is-sena, mid-dokument jissenslu miri li huma tassew kruċjali għall-ekonomija u l-finanzi tal-pajjiż.

    Fosthom: il-ħtieġa li verament il-gvern irażżan iż-żieda fin-nefqa rikorrenti tiegħu; il-ħtieġa li l-investiment bħala persentaġġ tal-ekonomija (Prodott Gross Domestiku), jerġa’ jibda jiżdied; il-ħtieġa li n-nefqa tal-gvern tagħti valur; il-ħtieġa li l-kompetittività tal-azjendi privati u tal-organizazzjonijiet statali tikber b’ritmu regolari; il-ħtieġa li mill-qasam edukattiv tagħna iż-żgħażagħ kollha joħorġu b’ħiliet ta’ qari, xjentifiċi u tekniċi adekwati, wara li jkunu temmew bi profitt l-istudji tagħhom sal-aħħar.

    Biża’ tiegħi hu li għadek ma tistax tafda l-informazzjoni li qed tintuża, anki llum, ħalli nissettjaw il-kumpass għall-miri msemmija. Pereżempju: dwar in-nefqa u l-obbligi reali tal-gvern; dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti u servizzi li verament ġew ipprovduti f’Malta; dwar il-kobor reali tal-oqsma tas-servizzi finanzjarji u tal-imħatri bl-internet fl-ekonomija tal-pajjiż, peress li anki l-mod kif qed jitkejlu u jiġu stmati l-attivitajiet tagħhom hu dubjuż għall-aħħar; dwar il-mod kif titkejjel il-kompetittività, hekk kif iż-żewġ setturi li għadni kemm semmejt jiddaħħlu fl-istess keffa ma’ setturi oħra (bħall-bini jew l-industrija),, meta n-natura tal-kondizzjonijiet li taħthom joperaw hi differenti għal kollox.

    DWAR IL-LIBJA

    Insibha ħaġa stramba ħafna li minn Brussel jaslilna l-ġudizzju li l-Libja mhix pajjiż li jipprovdi sigurtà personali biżżejjed (“safe”),. Stramba għax il-gwerra ċivili hemm ġiet miġġielda, ntrebħet u ntilfet bl-intervent dirett ta’ uħud mill-membri l-kbar tal-Unjoni Ewropea. Sa fejn waslet ir-responsabbiltà tagħhom għal dak li wettqu? Sal-punt li jtajru lir-reġim l-antik mingħajr ma jipprovdu l-meħtieġ biex il-gvern il-ġdid ikun jista’ jiżgura sigurtà għall-istess ċittadini tal-Libja u għall-barranin li jgħixu fosthom?

    Jekk hu hekk, dan jirrifletti irresponsabbiltà tal-waħx – ma hemmx kliem oħra. Jekk l-istess attitudni mill-Ewropej qed tintwera bħalissa fis-Sirja, il-futur ta’ dak il-pajjiż se jibqa’ mċajpar għall-aħħar.

    KNEJJES

    Fl-aħħar snin, daħlet id-drawwa li jinħarġu kotba tqal u kbar mimlija ritratti madwar xi tema Maltija, fejn naf – is-swar, jew il-bajjiet, jew l-arloġġi tradizzjonali. Ma nafx li ħareġ xi ktieb “coffee table” (kif jissejjaħ din il-ġeneru ta’ publikazzjoni),, bi stampi ta’ knejjes Maltin u Għawdxin minn ġewwa, fil-jum tal-festa tat-titular tagħhom. Ikun fihom wirja. U tant hemm modi kif jittella’ t-tiżjin, anki jekk kollox jippernja madwar l-istatwa tal-qaddis/a li tkun... Das-sajf, rajt ħafna minn dawn id-dekorazzjonijiet. Impressjonawni. Għalhekk naħseb li xi ħaġa li tiddokumenta l-varjetà tagħhom jistħoqqilha interess wiesa’.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0