XOGĦOL F’GĦAWDEX

  • Lul 31, 2013 15:17
  • Miktub minn

    Waqt żjara fir-Rabat u s-Sannat f’Għawdex erġajt fhimt kemm għadu importanti li jinħoloq ix-xogħol f’Għawdex stess għall-Għawdxin. Il-gvern għandu jibqa’ jagħmel tiegħu billi servizzi li jista’ jagħtihom lill-pajjiż kollu minn Għawdex bla spiża żejda, jeħodhom Għawdex. Xi ħadd fakkarni fil-bsaten fir-roti li sarulna fl-imgħoddi meta ġejna biex inwettqu dan il-proġett.

    Bla xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin, il-gżira tibqa’ lura milli tgawdi mill-potenzjal li għandha bla ma titlef il-karattru tagħha.

    Problema hi li s-settur tal-bini ftit jista’ jipprovdi spalla għall-futur u tal-biedja tħalla jiċkien wisq. Sadattant, kull ma kellu jsir fl-industrija biex titħares u titrawwem fl-aħħar snin jew ma sarx jew sar ħażin.

    Jibqa’ t-turiżmu. Jekk jingħata spinta ’l quddiem, baqagħlu sew fejn jikber. Jien konvint li l-aqwa miżura, bħal fil-Kottonera, tkun il-bini ta’ yacht marina jew tnejn. Fil-bajjiet li jippermettu dan, l-Għawdxin bir-raġun jinsistu li jissalvagwardjaw l-użu tradizzjonali tagħhom. Fil-Marfa l-uniku post li jifdal, il-baħar tant hu fond li l-ispiża biex tibni marina sura x’aktarx irendi z-zalza ogħla mill-ħut.

    MAGAZIN

    Ftit ilu kitbt hawn dwar magazin Ewropew li jinbiegħ f’Malta u li għollewlu l-prezz. Imma fuq il-qoxra tal-magazin, baqa’ jidher il-prezz l-antik li kellu jinbiegħ fostna. Wara, l-prezz tal-bejgħ f’Malta reġa’ tniżżel għall-prezz li jidher fuq il-qoxra.

    Issa, l-prezz tal-magazin reġa’ għola. U l-prezz li bih għandu jinbiegħ f’Malta mhux qed jidher aktar fuq il-qoxra tiegħu. Dawn l-affarijiet tal-Mickey Mouse għal Malta biss jiġru forsi, minkejja li s-sħubija fl-Unjoni Ewropea kellha – hekk qalulna – tgħolli l-istendards ta’ kif il-konsumatur ikun stmat.

    Iż-żieda fil-prezz mhix sostanzjali. Il-prinċipju hu.

    Daqshekk xtrajt il-magazin minn Malta, minkejja li ili s-snin insegwih. Forsi nabbona għalih “online”.

    DIELJA

    Sa mill-bidu tas-sajf, dielja li għandi fil-ġnien fawret bi friegħi ġodda jogħlew ’il fuq ma’ sellum impoġġi ħdejha. Għalkemm reġgħet ma għamlitx frott, kien fiha kuntrast sabiħ tielgħa f’kolonna ta’ ħdura, mdawra bil-bqija tal-ġnien jinxef taħt ix-xemx tikkarga.

    Imbagħad f’temp ta’ tliet ijiem il-weraq bdew isiru kannella. Ħsibt li l-għomma qed tagħmel tagħha anke mad-dielja. Sakemm intbaħt li l-weraq kannella kienu fil-fatt ittieklu minn ġewwa hekk li saru qishom bizzilla. Taħt uħud minnhom, rajt fdalijiet żgħar suwed ta’ xi insett.

    Id-dielja kienet sofriet l-invażjoni ta’ speċi ta’ nannakol ċkejken iswed ħadrani li bied bla serħan fil-weraq tagħha. It-“tfal” li twieldu kienu qed jagħmlu festa minnhom.

    Il-pestiċidi mhumiex għal qalbi. Imma ma kellix triq oħra. Lid-dielja tajtha sprej ta’ xi kimika. Qed tirpilja.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 5

  •  
    anonimu
    Aww 01, 2013

    Rigward il-magazin u affarijiet ohra. Li tistghu tixtru minn barra jew online hekk ghamlu ghax hawn Malta ma jitghallmux u jridu jisolhuna hajjin. Tpaxxuwhomx.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 01, 2013

    Il-magazin huwa ezempju zghir ta' kif

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 02, 2013

    Lil min hu mgarrab staqsu dwar il-pressijiet tal-medicini. Il-hnizrijiet li kelln

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 02, 2013

    "Iż-żieda fil-prezz mhix sostanzjali. Il-prinċipju hu". Prosit Dr. Sant.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 02, 2013

    Cioe, hemm relazzjoni invers bejn is-sfiducja u l-principji.

    Irrispondi