NIPPRIVATIZZAW'

  • Lul 29, 2013 09:48
  • Miktub minn

    Ilha l-moda li kemm jista’ jkun, kull ma l-gvern jagħmel jew kien jagħmel, jiġi privatizzat. Dan, skont ma jintqal, isir fl-interess tal-konsumatur (għax igawdi minn prodotti irħas li jsiru b’effiċjenza akbar), u ta’ dawk li jħallsu t-taxxi (għax ma jkollhomx għalfejn jissussidjaw bit-taxxi tagħhom impriżi ineffiċjenti),. U – rari jintqal, imma hekk hu – fl-interess tan-negozji privati li jagħmlu profitti kbar minn x’jakkwistaw mill-istat.

    Safrattant, ma nafx li rajt studju komprensiv u konvinċenti li janalizza minn perspettiva kemm kummerċjali, kemm soċjali, l-effetti tal-privatizzazzjoni. Veru li minħabba fiha l-għażla żdiedet, il-kwalita tjiebet, il-prezzijiet raħsu? Dal-ħsieb reġa’ għaddieli minn moħħi minħabba x’qed jiġri fil-Greċja.

    Bħala parti mill-programm ta’ għajnuna jew awsterità (sejjaħlu kif trid), li għaddej hemm, il-gvern kellu jipprivatizza s-servizzi tal-ilma. Qamet ħamba kbira kontra, minn trejdunjins, dawk li jaħdmu għal rashom, konsumaturi u saħansitra l-Knisja Ortodossa.

    Il-gvern u l-kontrolluri finanzjarji li għandu fuqu mill-Kummmssjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Fond Monetarju Internazzjonali kellhom jieħdu pass lura.

    KONSULTAZZJONIJIET

    Tajjeb li l-gvern jikkonsulta maċ-ċittadini dwar liema proġetti l-aħjar jiġu finanzjati b’fondi li jkunu ġejja mill-Unjoni Ewropea.

    Biss forsi aktar importanti mill-konsultazzjonijiet hu għarfien tajjeb ta’ għaliex fl-aħħar snin, il-proġetti mressqa għal finanzjament Ewropew waqgħu lura daqstant. Hemm raġunijiet li taħti għalihom tħejjija ħażina min-naħa Maltija; u hemm raġunijiet li joħorġu mill-fatt li r-regoli ta’ Brussel dwar kif għandhom jinħadmu l-proġetti mhumiex dejjem adatti għal post ċkejken bħal Malta.

    Il-pajjiżi Ewropej kollha kważi jaqgħu lura fl-użu tal-fondi li jkunu jmissu lilhom. Ir-raġunijiet ivarjaw minn pajjiż għall-ieħor. Aħna għandu jinteressana mir-raġunijiet li jgħoddu għalina.

    CLINKER

    Laurence Stern kien kontemporanju ta’ Henry Fielding (seklu tmintax),, li kiteb “Tom Jones”, wieħed mill-ftit rumanzi li qrajt darbtejn. F’kitbiethom, Fielding u sħabu taw xhieda taċ-ċaqliq soċjali kbir li kien qed jinħema fis-soċjeta Ingliża.

    Imma Stern, Skoċċiż, ma kienx tal-istess pezza bħal Fielding – talanqas jekk tqisu mir-rumanz “Humprey Clinker”, li għadni kemm spiċċajt. Inkiteb f’forma ta’ ittri mibgħuta minn membri ta’ familja li jivvjaġġaw lejn Bath, Londra, u l-Iskozja.

    Imexxihom ċertu Bramble, benestant kampanjol – raġel mehdi bi problemi (immaġinarji), ta’ saħħa. Niltaqgħu ma’ oħtu, iddisprata biex issib lil xi ħadd jiżżewwiġha. Man-neputija li tilfet rasha wara żagħżugħ misterjuż. Ma’ Clinker, li jsalvalhom ħajjithom meta l-karozzella li jinsabu fiha tinqaleb...

    Fir-rumanz, ma ssibx il-ferneżija kkontrollata ta’ Fielding. Punt interessanti madankollu: fl-Iskozja, Bramble u sħabu jiddiskutu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi li ġarrab dal-pajjiż meta ngħaqad mal-Ingilterra fir-Renju Unit.

    www.alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Lul 29, 2013

    L-Unjoni Ewropea tid tipprivatizza kollox ghax hija immexxija minn Kapitalisti jew dawk li jmexxuha huma mixtrija mill-KAPITALISTI li jr

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 30, 2013

    l-opinjoni tieghi hi li se

    Irrispondi
  •  

Facebook