SEWDA

  • Lul 21, 2013 16:11
  • Miktub minn

    Għad irrid nara stima kredibbli ta’ kemm hi kbira l-ekonomija sewda f’pajjiżna – jiġifieri ta’ dak il-ġid li jinħoloq, jinbiegħ u jinxtara, jitqassam u jiġi kunsmat mingħajr ma jiġi ntaxxat. Minkejja ċ-ċaħdiet uffiċjali, l-ekonomija s-sewda baqgħet tikber.

    Kienet irrankat wara li daħlet il-VAT. Biss, il-verità hi li kull taxxa ġdida maħsuba biex fl-aħħar tkopri s-servizzi, kienet se tqanqal lil ħafna ċittadini, anki fost l-aktar rispettabbli, biex isibu kif jistgħu jevitawha.

    Xi żmien ilu, l-Kummissjoni Ewropea stmat li l-ekonomija s-sewda f’Malta tammonta għal aktar minn kwart tal-ekonomija “uffiċjali”. Ma nistagħġibx jekk l-istima tal-KE spiċċat anqas minn kemm is-“sewda” kienet tassew dak iż-żmien... u tinsab anqas sew minn dik li fir-realtà hi llum.

    Mhux biss trid tqis iż-żieda dejjem għaddejja fl-oqsma ekonomiċi tas-servizzi, imma trid ukoll tiftakar li hemm oqsma oħra ta’ negozju llegali li ftit isir diskors dwarhom: il-kuntrabandu; id-droga; l-imħatri...

    Xejn ma juri li dawn in-negozji ċkienu fl-aħħar snin.

    SKANDLI

    Hi ħaġa kurjuża kemm matul dis-sena ssenslu skandli fil-ħajja politika Ewropea.

    Fi Franza, ministru ewlieni tal-gvern kellu jammetti li żamm flejjes moħbija f’kont sigriet barra l-pajjiż; dan wara li dam jistqarr il-kuntrarju quddiem kulħadd.

    Fi Spanja, instab li l-eks-teżorier tal-Partit Popolari fil-gvern kien jiġbor fondi sigrieti biex iqassamhom lill-mexxejja tal-partit tiegħu. Fl-aħħar ammetta li kien jagħmel hekk. Ippunta lejn il-Prim Ministru Rajoy bħala wieħed li rċieva mill-barka mqassma.

    Fil-Lussemburgu, għal snin twal baqgħu għaddejja spjunaġġi u rikatti mis-servizz sigriet tal-prinċipalità. Fl-allegazzjonijiet li bdew isiru dwar dawn l-abbużi, iċċappsu kemm membri tal-familja rjali u kemm il-Prim Ministru Juncker, li rriżenja.

    U fl-Italja, ma nafx f’liema puntata wasalna tat-telenovela dwar skandli li jakkużaw bihom lill-eks Prim Ministru Berlusconi.

    Forsi wara kollox, dan kollu jqum għax teżisti l-fehma li mingħajr skandli, l-politika mhix interessanti biżżejjed.

    NERVI TA’ PAGUN

    Ili snin inżomm fil-ġnien pagun Ċiniż. Kemm ili nafu, kien ġentili u kalm, ħlief meta jersqu nies ġodda. Ġieli għex waħdu, ġieli ma’ tjur oħra fl-istess gallinar.

    Fl-aħħar żminijiet imma, sar jinnervja wisq. Għal kull ħaġa ta’ xejn jitħajjar jiġi jiġri biex juri li jaf iħaddem munqaru għad-daqqiet.

    Jista’ jkun li qed jagħmel hekk għax xjaħ u sar bużbetku.

    Jista jkun madankollu li żdied wisq in-numru tal-ħamiem li jgħixu miegħu fl-istess gallinar. Bil-kultura tagħhom ta’ frattarija f’ħin l-ikel u bl-iffullar madwaru meta jkun irid il-kwiet, mhux ħaġa kbira li l-ħamiem qabbdulu n-nervi.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 7

  •  
    anonimu
    Lul 23, 2013

    Żewġ għażliet. Jew tneħħilu l-ħamiem jew tixtrilu paguna. Kieku jien immur għat-tieni waħda :),

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 23, 2013

    Din l-ekonomija hekk imsejha 'sewda', trid tigi kwantifikata. Imma kif..?? L-ewwel ir

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 23, 2013

    I think I like THIS Alfred Sant

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 23, 2013

    Kien hareg xi studju privat fuq Ghawdex - sabu li is-situwazzjoni hu hafna aghar min Malta.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 24, 2013

    Frank, this Alfred Sant has b

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 25, 2013

    Sincerament nemmen li KULL GVERN ghalq ghajnejh it-tnejn dwar l-ekonomija s-sewda. Kieku jsir sforz serju biex tigi miggielda gwerra lill- ekononmija s-sewda, cert li nsolvu parti kbira hafna mill-poblemi finanzjarji li fhandu p

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 25, 2013

    Inzid parti ohra. tghid il-politici ma jaghtux kaz tal-ekonomija s-sewda ghax HUMA WKOLL jiffurmaw parti minnha ???

    Irrispondi