ĦOKKLI DAHRI

  • Lul 18, 2013 08:36
  • Miktub minn

    L-istejjer li baqgħu joħorġu dwar it-tmexxija ħażina tal-gvern fi snin Dottor Fenech Adami u Dottor Gonzi jimmarkaw dejjem aktar kif minkejja l-ftaħir dwarha, dik it-tmexxija kienet tippernja fuq l-ineffiċjenza, l-inkompetenza u agħar. Ir-rapport tal-awditur dwar kif kien isir il-“hedging” fuq xiri taż-żejt hu ħolqa oħra f’katina ta’ konfermi dwar il-praspar li twettqu. Sadattant, kienet tispikka arroganza bla qies fil-mod kif il-ministri tal-gvern ittrattaw lil min ikkritikahom jew offrielhom suġġerimenti.

    Għal min lest iħares b’mod oġġettiv lejn l-affarijiet, hi ħaġa ċara li t-tmexxija tal-pajjiż kienet waqgħet f’idejn ċorma magħżula ta’ nies kollha jafu lil xulxin jew jiġu minn xulxin, bl-istess sentimenti ta’ simpatija personali u politika. Dawn saru jaħsbu li għandhom xi jedd divin li jmexxu kollox. Anki fejn il-korruzzjoni u l-abbużi tal-poter kienu għadhom imrażżna, bejniethom xorta saltan il-prinċipju ta’ “ħokkli dahri, ħalli nħokklok tiegħek”.

    Illum qed insegwu l-ispettaklu patetiku tal-istess nies li mhux ħlief jitkażaw għax tilfu ċ-ċejċa. Kien mingħalihom li rebħu ċens perpetwu fuq il-poter statali.

    ONLY IN MALTA

    Sejjer żball min jaħseb li għax aħna membri tal-Unjoni Ewropea qed insegwu l-modi ta’ tmexxija fl-Unjoni. Eżempju ieħor ta’ dan iltqajt miegħu din il-ġimgħa.

    F’Malta jaslu (bit-tard dejjem), magażins Ingliżi u kontinentali. Fuq il-qoxra jkollhom il-prezz li bih għandhom jinbigħu fil-pajjiżi differenti. Wieħed minnhom dil-ġimgħa żdiedlu l-prezz f’Malta; imma fuq il-qoxra, il-magazin għadu juri l-prezz l-“antik”. U qisu ma ġara xejn.

    Żgur mhix prattika serja li prodott jidher bi prezz u jinbiegħ bi prezz ogħla. Fejn għandhom jitħaddmu prattiċi awtomatiċi li jħarsu l-interessi tal-konsumatur, bqajna minkejja kollox, f’livelli tassew primittivi.

    SIGURDARDOTTIR

    Yrsa Sigurdardottir x’aktarx tiġi t-tieni kittieb/a mill-Iżlanda li qrajt; ovvjament, l-ieħor kien Halldor Laxness li hi tagħmel referenza għalih f’“L-Aħħar Ritwali”, rumanz bejn thriller, bejn storja tad-didektivs. Student Ġermaniż fl-Universita ta’ Rejkjavik Harald Guntlieb jinstab maqtul u b’għajnejh maqlugħa. Il-maqtul kien ossessjonat bil-prattika tas-sħarijiet fil-Medju Evu; u fir-ritwali li bihom kienu jiġu nvestigati s-sħaħar qabel jingħataw il-forka.

    Il-protagonista hi l-avukatessa Thora Gudmundsdottir li titqabbad issegwi l-każ mill-familja tal-mejjet. Ir-rakkont hu mibni u miktub tajjeb; ma jdejqekx. Fl-istess ħin mhux straordinarju. Kittieba kontemporanji tat-thrillers u rumanzi moderni f’Malta huma tajba daqs u aħjar minn Sigurdardottir.

    “L-Aħħar Ritwali” fi traduzzjoni bl-Ingliż tlaqqam mill-publikatur Hodder bħala “the international bestseller” fuq il-qoxra tal-ktieb.

    L-Iżlanda għanda popolazzjoni daqs żewġ terzi dik ta’ Malta. Kif jiġri li “L-Aħħar Ritwali” wasal fejn wasal, imma produzzjonijiet Maltin le?

    www.alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 8

  •  
    anonimu
    Lul 18, 2013

    L-aghar tmexxija kienet fi zmienek Dr Sant tmexxija tant hazina li wasslet lill Mintoff itajjrek mill gvern

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 18, 2013

    @CIKKU IL VERU HLIF HDURA MA TARMIEX MIN HALQEK FIL KITBA KOLLA LI TIEKTE

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 18, 2013

    @CIKKU Ghande

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 18, 2013

    @Cikku Fuq liema k

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 18, 2013

    Halluh miskin lil Cikku ghax ha tbikkuh! Hawnhekk biss jista' jikkummenta ghax fuq taghhom qass jista' lol. Halluh jghix miskin ghax ghandhu bejn 15-20 sena ohra jghix taht dan il- gvern, li hu tant habrieki.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 18, 2013

    Xi punti zghar li qishom intesew.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 20, 2013

    Jien ma nafx kif Dr. Sant ghandu il wicc jikteb dak li kiteb. L-ghar tmexxija

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 23, 2013

    Dr A.Sant, please, nismaghhom jghidu li l'marid hallieh jitqalleb, u bhalissa hawn hafna minnhom bhalissa (p n),, l'ghira bazwija w'anke twassal ghal kollox.....

    Irrispondi
  •  

Facebook