VALURI

  • Lul 15, 2013 08:10
  • Miktub minn

    Smajna ħafna diskors dwar il-valuri tal-Maltin.

    Biex il-valuri jkunu sostnuti, dawk li jipprofessawhom iridu jħossuhom żguri minnhom infushom. Aktar ma nies ikunu żguri minnhom infushom – għax jaqilgħuha tajjeb, għax jgħixu f’soċjetà fejn tirrenja l-ġustizzja soċjali, jew għax ingħataw edukazzjoni tajba – aktar jinsistu fuq il-ħarsien ta’ ċerti valuri. Imma x’jiġri jekk jitnaqqrilhom is-sens ta’ sigurtà?

    Ironija f’diżastri bħal tat-Titanic kienet li fost dawk li l-aktar tilfu kull kontroll fuqhom infushom, kien hemm uħud li kienu mdorrija jgħixu ħajja komda u sigura.

    Ħafna Maltin iħossuhom inċerti dwar kemm il-ħajja “tajba” li qed jgħixu, hi mibnija fuq pedamenti sodi. Il-biża’ li m’aħniex f’pożizzjoni qawwija biex niddefendu l-istil ta’ ħajja tagħna mhux wisq bogħod mill-kuxjenza ta’ bosta. F’das-sens minkejja l-paniġierki li kienu jagħmlu Dottor Fenech Adami u sħabu, is-sħubija fl-“Ewropa” żiedet sens moħbi ta’ inċertezza: tassew li l-“Ewropej” iqisuna bħala s-sħab tagħhom? Dik hi mistoqsija li tniffed il-ħsieb moħbi ta’ ħafna Maltin.

    KONTIJIET

    Il-Qorti Kostituzzjonali Franċiża ddeċidiet li fil-kampanja presidenzjali tas-sena li għaddiet, l-eks president Sarkozy qabeż il-limitu ta’ kemm seta’ jonfoq skont il-liġi bi 2.1 fil-mija. Invalidat il-kontijiet tal-kampanja tiegħu. B’hekk, il-partit tiegħu l-UMP tilef sussidju mogħti mill-istat: xi ħdax-il miljun ewro.

    Interessanti uħud mid-dnubiet li l-Qorti sabet fil-kontijiet ta’ Sarkozy: b’abbuż, spejjeż li jammontaw għal aktar minn miljun sitt mitt elf ewro ma ddaħħlux fir-rendikont finanzjarju. Fosthom insibu kważi 18,000 ewro biex jiġu organizzati laqgħat publiċi għal kunsillier ta’ Sarkozy; xi 72,000 ewro għall-istampar ta’ nofs miljun kopja ta’ magażin; xi 175,00 ewro ħalli tiġi żviluppata s-sit internet ta’ Sarkozy; u spiża ta’ aktar minnn miljun ewro biex jiġi organizzat meeting ġganti lejliet l-elezzjoni.

    TOROQ

    Għadni ma nistax nifhem għaliex il-bini ta’ toroq għandu jieħu daqstant fit-tul. Lanqas li għandna l-kobor ta’ kontinent.

    Xorta, stenna li kull proġett ta’ aktar minn nofs bankina se jieħu nofs sena mill-anqas.

    Ir-raġunijiet jew skużi li tisma’ jġibulek għajnejk wara widnejk: il-pjani ma kinux magħmula tajjeb; il-kundizzjonijiet tal-kuntratt inbidlu; il-materjali damu biex jaslu; il-gvern ma ħallasx fil-ħin għall-partijiet lesti tax-xogħol... eċċ eċċ.

    Kull meta staqsejt: imma għaliex ix-xogħol ma jitkompliex matul il-lejl ħalli jgħaġġel aktar? Tweġiba: mur ara kemm jiżdiedu l-ispejjeż. ...Imma kif ġieli fuq proġett suppost urġenti, issib ħamsa biss fuq il-lant? E! Il-kuntrattur ma jkollux xogħlijiet oħra?

    L-aktar kumment stramb (sa issa), li smajt kien: jekk tgħaġġel tispiċċa l-proġetti li joħorġu għall-offerta, jispiċċa jonqos ix-xogħol!

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Lul 17, 2013

    Ma nafx x.ra stramb Dr Sant fil-kumment li jekk taghgel fuq il-pr

    Irrispondi