AFRIKA, AFRIKA!

  • Lul 11, 2013 08:12
  • Miktub minn

    L-Afrika setgħet kienet l-aktar kontinent rikk tad-dinja. Ir-riżorsi minerali, il-varjeta ta’ fawna u flora, il-meded għammiela kellhom iservu bħala pedament li fuqu jinbnew l-aqwa ħidmiet tal-bniedem anki jekk f’għadd ta’ territorji l-klima hi ħarxa ħafna. Wara kollox kien fl-Afrika li l-ewwel bnedmin “moderni” ssawru. Minn hemm li ħarġu biex jinfirxu mad-dinja wara li rebħu lill-kważi-bnedmin li kienu laħqu qabilhom.

    Imma minflok l-Afrika ħadet l-aqwa post fost il-kontinenti tidhrilna bħala l-aktar mgħakksa u mħarbta. Il-faqar, il-vjolenza, l-esplojtazzjoni, l-injoranza, il-mard jinsabu mxerrda mal-irkejjen kollha.

    Sal-lum, għadha ħaġa diffiċli tifhem għaliex kellu jkun hekk. Veru li l-effetti tal-mewġiet imperjali li ħakmu l-Afrika matul is-sekli minn żmien Ruma u anki qabel, għadhom jinħassu. Imma żoni oħra tad-dinja wkoll għandhom l-imgħoddi kolonizzat tagħhom. Irnexxielhom “isibu saqajhom”.

    Hekk kif aktar u aktar refuġjati jaħarbu mill-Afrika lejn Ewropa fi kriżi ekonomika, aktar li riflessjoni dwar dak li qed iżomm lill-Afrika “lura” ssir waħda kruċjali.

    EWRO

    Wara li l-kriżi ta’ Ċipru ma baqgħetx fuq il-quddiem tal-aħbarijiet, il-problemi taż-żona ewro reġgħu ħabtu jintesew. Mexxejja ewlenin taż-żona, bħall-President Franċiż Hollande, ħarġu jistqarru li l-agħar għadda.

    Forsi veru. U forsi le.

    Madankollu, beda joħroġ ċar li anki dawk il-pajjiżi fi kriżi li segwew il-miżuri kollha ta’ awsterita imposti fuqhom, għadhom ma stejqrux. L-ekonomiji tagħhom għadhom imbenġla u mhumiex jirpiljaw. Fl-Irlanda, qed jintqal kważi fil-miftuħ li x’aktarx se jkun meħtieġ “bail-out” ġdid. L-istess fil-Portugall, fejn skattat kriżi politika ġdida. Fil-Greċja u f’Ċipru fejn id-duwa tal-awsterita baqgħet tqanqal diffikultajiet politiċi kbar, żdiedu l-inċertezzi dwar kemm il-miżuri maqbula jistgħu jitħaddmu fir-realta.

    Sadattant, għadhom jitqanqlu dubji dwar l-andament ekonomiku reali fi Franza, Spanja u l-Italja.

    AKTAR DWAR SPJUNAĠĠ

    Ir-rabja dwar l-ispjunaġġ tal-Amerikani fuq l-“alleati” tagħhom ma ntfietx. Imma dwaru malajr daħal sens ta’ “realiżmu”. L-aktar meta nstab li pajjiż bħal Franza organizza l-istess tip ta’ spjunaġġ bħall-Istati Uniti. Ħarġet ċara wkoll li pajjiżi bħar-Renju Unit u l-Kanada, mitqiesa bħala l-aqwa ħbieb tal-Amerikani, kienu qed jagħtu kull appoġġ lill-Amerikani biex jispjunaw fuq ħaddieħor.

    In-negozjati għal ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti xorta waħda nfetħu; fil-bidu kien hemm ħsieb li messhom jitwaddbu lura.

    L-aktar pajjiż mibrux spiċċa l-Ġermanja. Il-mexxejja tiegħu dejjem għamlu minn kollox biex jingħoġbu mill-Istati Uniti. Issa kellhom jintebħu doppjament li mhux fdati. Lir-Renju Unit, l-Amerikani jdaħħluhom magħhom fil-barumbari, lilhom iżommuhom barra. U sabu li kien qed isir spjunaġġ estensiv fuqhom stess.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 7

  •  
    anonimu
    Lul 11, 2013

    Dr Sant jien nahseb li regghu qed jaghmluha ... Li jinvadu l- Ewropa u bdew minn Malta

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 11, 2013

    Dr Sant, veru fill qosor, imam informative ghal lahar. Grazzi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 11, 2013

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 12, 2013

    Dr. Sant, Rigward AFRIKA! AFRIKA! naqbel miegħek. Ma jistax ikun li problema tissolva jekk wieħed ma jfittixx l-għeruq fondi u jikkura mill-qiegħ. Imma l-interessi tal-kbar imorru 'l hinn minn diskorsi ta' solidareta', umanita

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 12, 2013

    L-Afrika ghad ghan

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 12, 2013

    Dr Sant, jekk nagħżel li nivvota lilek fl-elezzjoni li ġejja tal MEPs, x'inhi l-pozizzjoni tiegħek dwar il-pushbacks? Ghax jien aktar tinteressani din il-kwistjoni milli ezempju xi scholarship!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 04, 2013

    Re. Africa article. I agree- Malta nee

    Irrispondi