IMĦATRI BL-INTERNET

  • Lul 07, 2013 17:26
  • Miktub minn

    Skont il-midja, is-segretarju parlamentari Zammit Lewis stqarr li s-sehem tal-qasam tal-imħatri bl-internet fl-ekonomija Maltija qed ilaħħaq 12 fil-mija. Sa fejn nista’ niftakar din hi l-ewwel darba li uffiċjalment tħabbret din iċ-ċifra li għal xi raġuni dejjem inżammet mistura. Ingħatajna indikazzjonijiet dwar kemm jaħdmu nies fis-settur; kemm uħud mill-kumpaniji l-kbar tal-imħatri qed jagħmlu bejgħ; imma fl-“Economic Survey” il-ħidma tal-qasam kienet titħallat fi statistika oħra. Il-Fond Monetarju Internazzjonali ġieli ta stimi ta’ kemm hu kbir il-qasam, imma mhux fl-aħħar tliet snin.

    12 fil-mija tal-ekonomija hu sehem tassew qawwi, akbar milli kont naħseb. Jekk miegħu tgħodd sehem ta’ xi 10 fil-mija għas-servizzi finanzjarji, iż-żewġ oqsma bejniethom isuqu aktar minn kwint tal-ekonomija tagħna. Hu b’dal-mod, li fuq bażi statistika, morna aħjar minn ekonomiji oħra Ewropej.

    Madankollu ż-żewġ oqsma jafu jkunu fraġili ħafna. Ma nistgħux minħabba fihom, inwarrbu s-setturi l-oħra aktar tradizzjonali: bħall-industrija, il-biedja u s-servizzi industrijali fuq il-vapuri; kif ġara u għadu qed jiġri. Talanqas it-turiżmu reġa’ telaq dan l-aħħar.

    EĠITTU

    Il-gvern ta’ Mursi fl-Eġittu kien ġie elett demokratikament mill-poplu Eġizzjan b’maġġoranza assoluta. Kien ilu hemm sena biss. Veru li l-popolarità tiegħu majnat sew u l-protesti kontrieh fit-toroq tal-Kajr u bliet oħra kienu impressjonanti.

    Imma li jitneħħa b’kolp militari – anki jekk kellu l-appoġġ tal-forzi “liberali” fil-pajjiż – mhux żvilupp li jista’ jingħata appoġġ. Jekk il-pajjiżi tal-Punent jagħmlu hekk – jew jidhru li se jagħmlu hekk, ikissru kull kredibilità tal-proġetti biex jinbnew sistemi ta’ demokrazija rappreżentattiva fil-pajjiżi Iżlamiċi. Kif jistgħu jkunu kredibbli, jekk gvern Iżlamiku elett demokratikament jitneħħa bil-forza, u qisu ma ġara xejn?

    Ħadt gost li fl-aħħar – wara ħafna snin ma naqbilx mal-fehmiet editorjali tal-ġurnal “The Economist” – sibt li fuq dan, konna tal-istess fehma.

    FESTI

    Il-festi huma importanti fis-sajf tagħna. Saħħaħt fehmti dwar hekk dil-ġimgħa, jien u nifli l-kalendarju tal-festi sa Settembru. L-għazla tagħhom minn ġimgħa għal ġimgħa tinfirex ma’ kull ponta ta’ Malta u Għawdex. Tkopri l-elementi ewlenin tal-assemblea tal-qaddisin, anke jekk numru ta’ imkejjen jiċċelebraw l-istess titular.

    Meta kont żagħżugħ jien, il-festi bdew inaqqsu. Ħafna kienu jqisuhom antikwati.

    Il-gvern Laburista tas-snin sebgħin insista li l-festi jiġu ċelebrati fi tmiem il-ġimgħa. B’hekk ma jħarbtux il-postijiet tax-xogħol. Id-deċiżjoni qajmet rebus fost dilettanti, monsinjuri u kappillani. Ironikament serviet biex f’medda tat-tul, kebbset ir-rankatura popolari tal-festi.

    Meta l-gvern ta’ Fenech Adami reġa’ ħalla lil kuħadd jiċċelebra l-festa anki f’nofs ta’ ġimgħa, prattikament ħadd ma għamel hekk.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Lul 08, 2013

    Jien ghal

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 09, 2013

    Naqbel mieghek Charles. Apparti l-fatt li minn dejjem kien hemm konnessjoni intima bejn il-gaming u l-kriminalita' organizzata.

    Irrispondi
  •  

Facebook