SERVIZZ SIGRIET

  • Lul 03, 2013 15:40
  • Miktub minn

    L-istorja dwar is-servizzi sigrieti kienet kontroversja oħra mkewsa f’kikkra. Personalment nibqa’ xettiku dwar li pajjiż żgħir bħal Malta għandu jkollu servizz “sigriet”. Dejjem deherli li Malta għandha bżonn l-aktar ta’ fergħa speċjali fl-istruttura tal-pulizija. Tkun topera skont regoli partikolari biex twettaq ċerti investigazzjonijiet speċjali u tkun inkwadrata f’liġi organika u komprensiva li tirregola l-korp kollu tal-pulizija.

    Is-sistemi preżenti jagħtu l-impressjoni ta’ serjetà u tmexxija retta. X’jiġri taħt il-faċċata baqa’ opak għall-aħħar. Il-liġi nnifisha dwar servizzi sigrieti tinkludi l-oxxenità li biha ħidma maħsuba biex tiddefendi l-interessi industrijali tal-ħaddiema tista’ titqies bħala ta’ periklu għas-sigurtà u soġġetta għal stħarriġ “sigriet”. Argumentajt kontra din il-ħaġa meta l-liġi tressqet quddiem il-Parlament.

    Għalhekk ukoll ma qgħadtx lura milli nħares lejn is-servizzi sigrieti b’għajn satirika f’żewġ rumanzi li ktibt ħafna wara, “L-Għalqa tal-Iskarjota” u “George Bush f’Malta”.

    SMIGĦ U SPJUNAĠĠ

    B’kuntrast mat-tempesta dwar is-servizzi sigrieti Maltin, serja ħafna hi l-kontroversja li qamet bejn l-Istati Uniti u l-alleati tagħhom dwar l-ispjunaġġ enormi li l-Amerikani wettqu fuq l-Ewropej, fost oħrajn. Kont naħseb li jekk ċerti operazzjonijiet ta’ spjunaġġ li saru fil-qafas tal-Gwerra Bierda baqgħu għaddejja wara, dawn kienu ndirizzati lejn pajjiżi li huma kompetituri strateġiċi tal-Amerikani bħar-Russja, jew pajjiżi fejn it-terroriżmu internazzjonali rnexxielu javvanza.

    Xejn minn dan. Il-ħidma tal-Unjoni Ewropea – Kunsill u Kummissjoni – tqieset li jixirqilha operazzjoni qawwija ta’ spjunaġġ bl-użu ta’ mikrofoni moħbija fl-uffiċċji, l-interċettazzjoni ta’ mijiet ta’ eluf ta’ e-mails u ma nafx xiex aktar mill-għodda li jinqeda biha James Bond. Ikollok tistaqsi: jekk l-Istati Uniti jirreżervaw dan it-trattament lill-alleati tagħhom, x’għandhom għaddej fir-rigward ta’ dawk li jqisu bħala kompetituri – biex ma ngħidx avversarji – tagħhom?

    Wieħed jiftakar fl-għaġeb li sar ftit ilu għax intqal li ċ-Ċina – imissha tistħi! – kienet infiltrat is-sistemi tal-internet użati mill-Amerikani u wettqet spjunaġġ estensiv fuqu...

    JIDDISPJAĊIK

    Meta jistaqsuk jekk jiddispjaċikx għal xi ħaġa, xi jkunu qed ifissru eżatt? Jekk jiddispjaċikx għax imxejt kif imxejt?Jew jekk jiddispjaċikx għax ma jkunx irnexxielek daqs kemm stennejt li se jirnexxielek? Jew jekk jiddispjaċikx għax indunajt wara li kellek żball?

    Id-diffikoltà tinqala’ l-aktar għax meta tibda billi twieġeb għall-ewwel mistoqsija, ta’ spiss idurulek fuq it-tieni waħda – qishom kienet din li fil-fatt staqsewk – u jekk tkompli billi ddur għat-tieni waħda, jilagħbuha li mill-bidu nett kienet it-tielet mistoqsija li kellhom f’moħħhom. Forsi l-aħjar mod hu li tirrispondi mill-bidu nett qishom qed jistaqsuk it-tielet mistoqsija.

    L-aħjar tweġiba madankollu tibqa’ dik ta’ Edith Piaf, “Je ne regrette rien”.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Lul 04, 2013

    L-ikbar xetticizmu tal poplu jibqa domanda li bqajna minghajr ebda spjegazzjoni ghaliha la mill PL u lanqas mill P

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 07, 2013

    Nistaqsi jien, meta tidhol infomazzjoni lis-servizz sigriet, il-ministru responsabbli dejjem jigi informat? u jekk iva, hu biss ikollu 'feedback' tar-rizultat importanti? Ghandek ragun tkun xettiku !

    Irrispondi