Self lill-Greċja

  • Ġun 27, 2013 09:38
  • Miktub minn

    Il-Ministru tal-Finanzi Scicluna ħabbarha uffiċjalment fil-Parlament. Is-self li Malta għamlet lill-Greċja fi ħdan l-arranġamenti taż-żona tal-ewro biex dal-pajjiż ma jegħriqx finanzjarjament qed ifisser telf kbir lill-kaxxa ta’ Malta – b’kollox xi ħdax-il miljun ewro. Biex insellfu lill-Greċja b’imgħax baxx, qed ikollna nissellfu b’rata għolja. L-eks-ministru tal-finanzi Fenech kien ftaħar li b’das-self, Malta se tagħmel qliegħ tajjeb.

    Terġa’, Scicluna ħabbar li meta tqabbel l-impenn finanzjarju Malti lejn il-Greċja fost oħrajn, ma’ tal-bqija tal-pajjiżi tal-ewro, tagħna jiġi l-ogħla wieħed.

    Xejn ma juri aħjar kemm l-impenji Ewropej li dħalna għalihom saru b’fiduċja għamja, b’mod imħawwad u mingħajr għarfien strateġiku ta’ xinhu l-aħjar interess ta’ Malta.

    Meta jien u oħrajn wissejna dwar hekk lill-gvern preċedenti kien weġibna li m’għandux bżonn il-pariri tagħna.

    KORDIN

    Impressjoni ta’ kemm l-industrija tħalliet tilef mill-importanza u l-prestiġju tagħha f’pajjiżna tathielna dan l-aħħar id-dehra tal-qasam industrijali ta’ Kordin. It-toroq ġo fih u li jwasslu għalih ilhom żmien twil sa kmieni dil-ġimgħa maqlugha jew f’qagħda ta’ konfużjoni. Trab kullimkien b’inġenji jagħlqu l-passaġġ f’diversi toroq.

    Veru li dan ġara fi sforz biex jiġu mtejba l-istess toroq tal-qasam. Imma l-eżerċizzju seta’ u messu sar b’galbu akbar. Seta’ ġie ppjanat biex ma jieħux wisq żmien u ma jfixkilx il-ħidma għaddejja f’żona li rat żminijiet aħjar. Fiha kellna kumpaniji li taw kontribut qawwi lill-industrija Maltija tal-esportazzjoni u tas-suq lokali.

    Diffiċli tifhem li ditti industrijali jistgħu joperaw b’ritmu tajjeb meta biex tasal sa ħdejhom ikollok issuq minn sħab ta’ trab fuq toroq iqarmċu biż-żrar.

    BELFAST

    Fl-imgħoddi, ħlief aħbarijiet ħerġin minn Belfast dwar ġlied u bombi ma konniex nisimgħu. Fl-aħħar, il-“Protestanti” u l-“Kattoliċi” tal-Irlanda ta’ Fuq laħqu ftehim ta’ paċi li żamm. Wara, sar sforz kbir biex ix-xbiha tal-Irlanda ta’ Fuq u ta’ Belfast tiġi riabilitata ħalli tiġbed investiment u turiżmu.

    Kont kurjuż nara kif żviluppaw dawn l-inizjattivi u qattajt jum f’Belfast – sagħtejn trenn bogħod minn Dublin.

    Iċ-ċentru tal-belt hu modern, spazjuż, nadif, bla wisq karattru. Belfast ilha “reġistrata” bħala belt anqas żmien mir-Rabat, Ghawdex. Il-katedral bilkemm jgħodd il-mitt sena. Biss, Queen’s University u ż-żona ta’ madwarha jiġbduk.

    Hemm għadd kbir ta’ proġetti kulturali u turisitiċi li ġew varati biex iqanqlu interess fil-belt. Waslu saħansitra biex jagħtu prominenza bħala attrazzjoni lil tarznari llum magħluqa fejn kien inbena l-vapur Titanic u anki jippromwovu dan il-vapur. Kont nifhem li wieħed jaqbillu jitbiegħed mill-għarqa tiegħu, mhux jiftaħar biha. F’Belfast mhux hekk jaħsbuha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Lul 01, 2013

    Is-solidarjeta' hija l-qofol tal-proġett ewropej. Ma nistgħux inħarsu lejn il-koinvolġiment tagħna fih mill-perspettiva ta' xi accountant biss imma għandna nkunu kburin illi qed n

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 01, 2013

    @joe Ellis Nikkwota l-eks pre

    Irrispondi
  •  

Facebook