TURIŻMU

  • Ġun 24, 2013 08:41
  • Miktub minn

    Tajjeb li t-turiżmu din is-sena telaq: il-pronostiċi li smajt dwar kif se jiżviluppa x-xogħol matul das-sajf u wara, kienu tajba ħafna.

    Biss irridu nħarsu aktar ’il bogħod minn xinhu tajjeb għal-lukandi. Allaħares dawn ma jkunux sodisfatti. Imma magħhom iridu wkoll ikunu ferħanin l-azjendi oħra li jgħixu mit-turiżmu, bħal: ristoranti ta’ kull klassi; dawk li jikru appartamenti għat-turisti; “self-employed” żgħar li jbigħu servizzi lit-turisti: insomma, linja sħiħa ta’ azjendi fil-katina komplikata tan-negozju turistiku.

    M’inix konvint mill-argument li qed nersqu lejn il-massimu ta’ x’nistgħu nlaħħqu miegħu fi żmien is-sajf. Lejn is-sud ta’ Malta, inkluża l-Kottonera, il-potenzjal turistiku ta’ pajjiżna għadu mhux użat. Baqa’ ħafna x’jista’ jsir biex jinħolqu inizjattivi ġodda.

    Dan biex ma nsemmix Buġibba, fejn ħallejna l-kwalità tintilef; u Għawdex, fejn ir-riżorsi li nipprovdu għat-turiżmu għadhom żbilanċjati bil-kbir.

    BRAŻIL

    Kien mingħalija li fil-Brażil, il-gvernijiet soċjal-demokratiċi ta’ Lula u Rousseff irnexxielhom ikabbru l-ekonomija pass pass mat-tisħiħ ta’ ġustizzja soċjali. Ġurnalisti u esperti ekonomiċi ta’ daħna liberali kienu qed iwissu li l-mudell ekonomiku Brażiljan li għamel il-mirakli fl-aħħar għoxrin sena, qed jintefa. Imma kollha... talanqas sa fejn naf jien... tkellmu l-aktar dwar it-traġitt ekonomiku. Waħħlu fil-President attwali Rousseff għal kif l-ekonomija donnha qed tistaġna.

    Ma niftakarx li qrajt twissijiet dwar kif it-tessut soċjali tal-Brażil qed jiċċarrat.

    Tant li l-mod kif xegħlu d-dimostrazzjonijiet popolari ssorprendieni. Kellu ħafna mir-ritmu tad-dimostrazzjonijiet fit-Turkija, anki jekk għal raġunijiet differenti. Mill-ġdid, il-midja soċjali kienu kruċjali biex jgħaqqdu fl-istess mewġa ta’ protesta dimostranti b’ilmenti differenti.

    Rousseff qed tingħata l-aqwa tort għal dak li nqala’. Madankollu, mistoqsija: dak li qed jiġri fil-Brażil ma hux ukoll ġudizzju fuq il-presidenza ta’ min kellu l-kariga qabilha?

    DUBLIN

    Dublin fejn kont ġimgħa ilu hi belt sabiħa u interessanti. Tilqgħek, minkejja li x-xita żżurha spiss.

    Stennejt li se nara aktar turijiet tal-awsterita li l-Irlanda ġarrbet fl-aħħar snin. Imma fiċ-ċentru tal-belt ftit li xejn kien hemm tallaba, uħud minnhom Roma. Il-prezzijiet għal oġġetti ta’ konsum normali jħabbtuha ma’ tagħna. Il-ħwienet, ir-ristoranti u l-pubs kellhom klijentela tajba; sinjali ta’ ħwienet magħluqa ftit jidhru. Ma nistax ngħid jekk l-istess jinstabx fiż-żoni mbiegħda.

    Il-belt għadha tintuża, kif jixirqilha, bħala kalamita turistika lejn l-Irlanda. L-Irlandiżi jivvalorizzaw kull aspett tal-ħajja tagħhom biex jiġbdu t-turisti lejhom. Per eżempju, il-wirt letterarju Irlandiż jintuża l-ħin kollu bħala punt ieħor għall-bejgħ tal-attrazzjonijiet ta’ Dublin.

    Strateġija simili tintuża f’Belfast, il-kapitali tal-Irlanda ta’ Fuq li żort ukoll.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Ġun 25, 2013

    Naqbel mieghek hafna fejn semmejt il punt fuq Ghawdex., rigward turismu

    Irrispondi
  •  

Facebook