MARSA SHIPBUILDING

  • Ġun 20, 2013 08:53
  • Miktub minn

    Mill-istediniet lis-settur privat li l-gvern ħareġ biex jagħmlulu proposti fuq proġetti partikolari, l-aktar stedina promettenti għandha tkun dik dwar l-użu tal-art fejn qabel kienet il-Marsa Shipbuilding. Mhux biss din il-medda hi tassew kbira, imma tinsab f’qasam strateġiku tal-Port il-Kbir. Jekk jintwera galbu u sens ta’ inizjattiva dwar proġetti tat-tul (u mhux spekulazzjoni), hemm propjetà u attrezzi fissi li jistgħu jiġu adattati għal diversi għanijiet marittimi jew turistiċi.

    Ħaġa waħda naħseb li tkun vitali f’dil-ħaġa: li l-proġett magħżul ikun wieħed “ħolistiku” (kelma moda: imma ma nistax naħseb f’waħda aħjar), u jinkwadra sew mal-iżvilupp li jeħtieġ jsir tal-bqija tal-Port il-Kbir.

    Ikun dnub jekk il-proġett għar-rinovar tal-Marsa Shipbuilding jispiċċa bħal Smart City, eżerċizzju fil-bejgħ spezzettat tal-art minn investitur li kull ma jixtieq hu li jilgħabha tas-sensar biex jagħmel profitti tajba ta’ malajr.

    STĦARRIĠ SPANJOL

    Ftit ilu, “El Pais” ippubblika stħarriġ tal-opinjoni fi Spanja dwar l-elezzjonijiet li jmiss tal-Parlament Ewropew. Fost ir-riżultati nsibu:

    Dwar jekk l-elezzjonijiet jidhrulhomx importanti: 52 fil-mija qalu li huma importanti ħafna jew biżżejjed; 42 fil-mija li ftit jew xejn.

    Dwar jekk jaqbilx li l-Parlament Ewropew li jmiss ikollu numru qawwi ta’ deputati kritiċi tat-tmexxija tal-Unjoni Ewropea: 58 fil-mija qalu li dan jista’ jkun pożittiv u 28 fil-mija negattiv.

    Dwar jekk is-sħubija ta’ Spanja fl-UE hix tajba jew ħażina għal Spanja: 49 fil-mija qalu li hi pożittiva jew pożittiva biżżejjed; 41 fil-mija qalu li ftit hi pożittiva jew xejn.

    U dwar xinhuma s-sentimenti Ewropej tagħhom, 2 fil-mija qalu li jħossuhom Ewropej biss; 4 fil-mija aktar Ewropej milli Spanjoli, 29 fil-mija Spanjoli daqs kemm Ewropej, 34 fil-mija aktar Spanjoli milli Ewropej, u 26 fil-mija Spanjoli biss.

    Il-kuntradizzjonijiet fir-riżultati tas-servej huma flagranti.

    STATUA ARGENTEA

    Hekk jismu ktieb differenti minn tas-soltu. Jittratta dwar l-istatwa tal-fidda ta’ San Filep maħluqa minn Luigi Fontana. Għalqet il-mija u ħamsin sena mill-wasla tagħha f’Ħaż-Żebbuġ. L-edituri tal-ktieb Philip Balzan, Joe P Borg u Philip Sciortino jiddeskrivu l-ġrajja tal-ħolqien tal-istatwa f’Ħaż-Żebbuġ innifsu u barra minnu. Iwessgħu l-interess tal-ġrajja lejn il-kuntest storiku u artistiku tal-ħidma li wettaq Fontana bħala skultur fi żmien ir-Risorġiment Taljan. Jorbtu t-tema ma’ numru ta’ studji “akkademiċi” fit-tieni parti tal-ktieb biex ikomplu jżidu detalji importanti dwar l-iskultur u jiddiskutu wkoll aspetti differenti tal-ħajja u l-festi fis-soċjetà tradizzjonali Maltija.

    Il-livell tal-kitba hu għoli ħafna, kemm bħala deskrizzjoni u kemm bħala analiżi. Jistħoqqilhom kull tifħir il-pubblikaturi l-Għaqda Każin Banda San Filep A.D. 1851.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 4

  •  
    anonimu
    Ġun 21, 2013

    Dr. Sant, hawn Malta qatt sar stharrig tal-UE dwar kif jahsbuha l-Maltin, bhal ma gew mistoqsijin li Spanjolki ? Ikun interessanti kieku nkunu nafu x'kien ir-rizultat.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 21, 2013

    Il-kelma 'holistiku' hi kelma mahluqa mill-politici maltin biex ihossuhom differenti minna l-komuni mortali..!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 21, 2013

    Hadt gost

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 22, 2013

    Nirringrazzja lil Dr Sant tal-apprezzament tal-ktieb Statua Argentea. Il-mertu huwa tar-ricerkaturi u kittieba, il-Prof Keith Sciberras, Dr Simon Merc

    Irrispondi