IMMIGRANTI

  • Ġun 17, 2013 09:14
  • Miktub minn

    L-aħħar fasla tal-politika Ewropea dwar immigrazzjoni qed terġa’ tinjora l-interessi ta’ Malta. Jiġri dannu kbir lill-interess Malti jekk inkunu xenofobi jew nuru ruħna hekk. Biss, komunità ċkejkna bħal tagħna bilfors issib diffikultajiet kbar biex tgħin jew tassorbi persuni ta’ kultura differenti li jaslu fostha bla pjan jew avviż minn qabel, u f’numru sostanzjali. “Sħabna” l-Ewropej mhumiex lesti jaċċettaw din ir-realtà.

    Se jibqa’ jiġi attwat regolament li bih immigranti “illegali” fl-Ewropa jibqgħu r-responsabbiltà tal-ewwel pajjiż tal-Unjoni Ewropea li jmissu miegħu. M’hemm l-ebda ħsieb li jitwettaq programm ta’ solidarjetà ħalli pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea jgħinu lil Malta ġġorr il-piżijiet billi jieħdu fosthom uħud mill-immigranti li jaslu. Perċentwalment, Malta qed ikollha l-ogħla densità fl-Ewropa ta’ immigranti.

    Wieħed jipprevedi żewġ konsegwenzi. Pajjiżna jista’ jkollu problemi finanzjarji u loġistiċi kbar wisq biex jipprovdi laqgħa u servizzi xierqa għall-immigranti ġodda. U jista’ jikber id-dwejjaq kontrihom fost il-popolazzjoni Maltija.

    IL-KAŻ DALLI

    L-aħħar żviluppi fil-każ tal-eks Kummissarju Ewropew Dalli tefgħu kull ma ġara f’dawl ġdid. Il-pulizija Maltija issa qalu li ma kienx hemm bażi fl-evidenza tal-istħarriġ li sar dwar Dalli biex dan jitressaq il-qorti. Stqarrijiet li saru kontra Dalli mill-kap tal-Olaf, l-aġenzija investigattiva tal-Unjoni Ewropea, jidhru li kienu eżaġerati u xejn imparzjali.

    Aktar minn hekk, hemm il-kontroversja dwar kif tneħħa Dalli. Hu jgħid li tkeċċa. Il-President tal-Kummissjoni Barroso jgħid li Dalli rriżenja għax il-qagħda politika tiegħu ma kinitx sostenibbli. Ried li jkollu l-libertà biex jiddefendi ruħu.

    Wara dak li ħareġ sa issa, f’dan jien nemmen lil Dalli.

    U kollox ma’ kollox, qed tikkonferma ruħha l-konklużjoni li Dalli ngħata t-trattament li ngħata għax kien nominat mill-iċken pajjiż Ewropew. Ara kieku kien nominat mill-Ġermanja, żgur kienu jittrattawh mod ieħor.

    Tibqa’ l-mistoqsija: għaliex inħass li kellhom jeħilsu minn Dalli bil-mod li għamlu?

    XANDIR FIL-GREĊJA

    Il-gvern Grieg qata’ ħesrem it-trasmissjonijiet televiżivi ta’ kanal ta’ xandir tal-istat. Ried jilqa’ għall-krib għaddej tat-trojka li tissorvelja kif il-gvern qed inaqqas l-ispiża tiegħu ħalli jlaħħaq mal-eżiġenzi taż-żona ewro biex il-finanzi pubbliċi Griegi jirpiljaw. It-trojka tikkonsisti minn rappreżentanti tal-Fond Monetarju Internazzjonali, il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew.

    Mal-aħbar ta’ x’ġara, qamu ilħna mal-Ewropa kollha biex jikkritikaw bil-kbir. Mhux sew li mezzi ta’ kumnikazzjoni jiġi maqtugħa b’dal-mod. Il-libertà tal-kelma qed tiġi mhedda. Eċċ., eċċ.

    Stramba kif ftit ħarġu għonqhom biex jiddefendu l-azzjoni tal-gvern Grieg. Bi tweġiba, dan qal li qed jagħmel mill-aħjar tiegħu biex iwettaq il-kmandi tat-trojka ħalli jnaqqas l-ispiża pubblika.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 4

  •  
    anonimu
    Ġun 18, 2013

    Jew ittellquhom kollha lura lejn pajjizhom jew ibghatuhom lejn Brussels halli l-UE igawduhom huma. Ftakru li dalwaqt jaslu l-elezzjonjiet tal-PE u ohrajn u jekk ma jitkeccewx kollha se nwasslu r-risposta taghna f'kull elezzjoni.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 18, 2013

    Il-politika rigward immigranti 'llegali', jekk ghadhom 'illegali', hi diskussa fuq il-livell ta' parlament ewropew jew waqt 'summits'

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 19, 2013

    .Lil l'Ewropa il-ballun nitfhu f'

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 21, 2013

    Hemm bzonn isir xi haga, ma jistax ikun li kull klandestin li jidhol Malta illegalment jibqa jghix hawn. Il-pajjiz ma jiflahx dan il-piz. Mhix problema tal-kulur tal-gild

    Irrispondi