Pastażata manja

  • Lul 30, 2012 08:50
  • Miktub minn

    It-tneħħija tal-perit Joe Falzon mill-post ta’ sorvelja tiegħu fil-MEPA u l-mod kif tneħħa huma pastażata manja. Falzon hu wieħed mill-ftit f’dan il-pajjiż li jibqa’ jinsisti li ma jagħlaqx għajnejh għall-abbuż. Ta’ gonzi-pn kien ilhom jipprovaw iqaċċtuh min-nofs. Fl-aħħar irnexxielhom permezz ta’ bidla fil-liġi li biha dawk li jissorveljaw organiżmi ewlenin fil-pajjiż, inġabu taħt il-kappa tal-Ombudsman. Mill-bidu ħassejtni xettiku dwarha. Il-funzjoni ta’ awditur intern fil-MEPA kif kien Falzon, ma tistax tiġi ekwiparata ma’ tal-Ombudsman. Biss, mhux dak hu l-punt.

    Il-MEPA kienet u għadha bejta tal-akbar abbużi. Nistennew li l-manuvri li saru fiha għall-għoti tal-pjaċiri fil-kampanja elettorali tal-2008 se jitqawwew. Twettqu ħniżrijiet liema bħalhom, u mhux biss fil-Mistra. Issa, il-bniedem li bil-funzjoni tiegħu l-aktar seta’ jilqa’ kontra l-abbużi li se jiġru... jekk mhux diġà bdew... tqaċċat. Min se jidħol “minflok” Falzon, anki jekk ikun l-Arkanġlu Gabrijel, se jkun għadu qed isib saqajh. Tal-mistħija kif l-Ombudsman attwali daħal f’din il-logħba meskina.

    ***

    Mhux biss bravi, qaddisin ukoll

    Xi ħadd staqsini x’inhu l-aktar li jdejjaq fl-imġiba tal-mexxejja ta’ gonzi-pn? L-arroganza u l-kilba għall-poter? Hemm jinsabu dażgur. It-tolleranza lejn il-korruzzjoni jekk mhux agħar? “Tirrita” bil-kbir – jekk dik hi kelma tajba. Il-kompjaċenza li huma l-midluka tal-poter? Il-kompjaċenza li huma biss jafu xinhu l-aħjar u li m’għandhom bżonn il-pariri ta’ ħadd? L-appoġġi moħbija u fid-deher li jsibu minn imkejjen li jibqgħu jissejħu “indipendenti”? Il-ħila għall-gidba sostnuta u għall-manipulazzjoni? Ingħid jien: lil hinn minn dawn il-fatturi u oħrajn li jagħmlu gonzi-pn dak li hu – biex inkunu għedna kollox, uħud issibhom f’ħaddieħor għalkemm f’miżura anqas, l-agħar kwalità hi dik li akkost ta’ kollox, il-mexxejja ta’ gonzi-pn jibqgħu jinsistu kif bħala l-aqwa virtu, kollha għandhom il-qdusija. Donnhom iridu jfakkruk f’“Lives of the Saints” tal-kanonku Butler.

    ***

    Filosofiċi

    Filgħaxija nhar il-Ġimgħa li għaddiet kont mistieden għal serata ċkejkna miżmuma f’kafe popolari tal-Belt, minn persuni mħarrġa fil-filosofija li qed jiltaqgħu regolarment biex jirriflettu fuq materji ta’ interess kontemporanju. Riduni nitkellem dwar il-kriżi tal-ewro(?),. Mexxa l-laqgħa Aleks Farrugia. Lil hinn mill-ewro spiċċajna nitkellmu dwar l-identità tal-Ewropa, l-ispazju li baqa’ għall-politika u/jew l-istat fit-tmexxija tas-soċjetà moderna, u xi tfisser li timxi lura jew ’il quddiem fid-deċiżjonijiet dwar il-binja Ewropea. Stagħġibt bl-attendenza, akbar sew min-nofs tużżana li tistenna għal daż-żmien tas-sena. Kien mingħalija li se nattendi għal seminar ristrett; minflok il-laqgħa aktar kienet qisha dak li l-Amerikani jsejħu “townhall meeting”.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Lul 31, 2012

    GHALFEJN TAHSEB LI NEHHWH LIL J.FALZON MUX BIEX IKOMPLU JIMLEW BWITOM HU HADD MA KUN GHEM MIN IFXKILOM INTINA BISS TAL PN JAFU JAMLU.

    Irrispondi