RATIFIKA

  • Ġun 13, 2013 10:20
  • Miktub minn

    Fl-aħħar għadda mill-Parlament t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Kordinazzjoni u l-Governanza. Konna bdejna niddiskutuh fl-aħħar leġislatura, sakemm il-gvern xaba’ jagħti l-ispjegi neċessarji dwar it-Trattat u d-diskussjoni tħalliet nofs leħja. Issa, bir-ratifika tal-Parlament, Malta se tapplika l-miżuri ssettjati fit-Trattat li diġa daħal fis-seħħ għax tnax-il pajjiż membru taż-żona ewro rratifikawh.

    Huma regoli li jimponu fuq kull pajjiż kif iżomm kontroll tad-defiċit tiegħu u jnaqqas id-dejn nazzjonali. L-istess regoli għal kulħadd, jew hekk suppost. Naraw x’jiġri meta fin-nofs ikun hemm xi pajjiż mill-kbar taż-żona ewro, Franza jew Spanja biex ma nsemmux lill-Ġermanja.

    Hu importanti li kull gvern, ikun liema jkun, jikkontrolla serjament in-nefqa u d-defiċit tiegħu. Biss, m’inix konvint li kull sitwazzjoni għandha tintlaqa’ bl-istess miżuri. It-Trattat iddaħħal fuq insistenza Ġermaniża. Saru ħafna kummenti kontra tiegħu, fil-beraħ u fil-magħluq. Favuru, intqal li t-tħaddim tiegħu se jagħti koerenza akbar liż-żona ewro.

    Sakemm ma sseħħx konverġenza fl-iżvilupp tal-ekonomiji tal-ewro – ħaġa li ma tantx tidher fil-qrib – miżuri maħsuba biex iżommu lill-finanzi pubbliċi tal-pajjiżi membri fuq l-istess binarju jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jilħqu l-għan li għalih iddaħħlu.

    U jistgħu jkunu kontra-produċenti.

    DISKUSSJONI MA’ PAULINE

    Hadt gost bl-istedina li reġgħet għamlitli Pauline Miceli biex nieħu sehem fil-programm tar-radjo tagħha fuq One Radio. Pauline taf kif iżżomm manjieri kordjali waqt li tiftaħ diskussjoni fuq suġġetti kumplessi imma ta’ importanza kbira.

    Fil-fatt, l-ewwel tkelllimna dwar ir-rumanz tiegħi “George Bush f’Malta” li tal-SKS għadhom kemm ħarġu. Imbagħad hi fetħet diskussjoni dwar il-qagħda tas-soċjaliżmu demokratiku fl-Ewropa – suġġett li qanqalt f’artiklu f’“It-Torċa” l-Ħadd li għadda. Tkellimna dwar il-problema li s-soċjaliżmu demokratiku qed jiffaċċja, billi waqt li ppożizzjona ruħu fiċ-ċentru politiku donnu tilef mill-identità oriġinali tiegħu.

    Din hi problema komuni għal ħafna partiti soċjalisti fl-Ewropa. Jekk ma jankrawx ruħhom fiċ-ċentru politiku, jibżgħu – x’aktarx bir-raġun – li jitilfu kull ċans li jiggvernaw.

    IS-SITTA

    Smajt fuq ir-radjo tal-karozza silta mis-sitt simfonija ta’ Beethoven, il-Pastorale, imxandra minn Classic FM. Min jaf kemm kont smajtha drabi qabel. Imma din kienet verżjoni tassew elettrika, li tagħtik l-impressjoni li qed tismagħha b’widnejn “ġodda”. B’xorti ħażina ma stajtx nibqa’ sakemm iħabbru ta’ min kienet il-verżjoni. Lura d-dar dort għall-verżjonijiet tal-Pastorale li għandi, l-aktar qadima ta’ Karajan fuq Deutsche Gramophon mal-Berlin Philharmonic; u oħra ta’ Kurt Masur mal-Gewandhaus Orchestra ta’ Leipzig fuq il-marka Philips. It-tnejn bl-isbuħijiet tagħhom li ma tistax twarrab. Imma donnhom nieqsa mill-elettriku tal-verżjoni mhux magħrufa li smajt fil-karozza.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook