FLAMINGO

  • Ġun 09, 2013 16:46
  • Miktub minn

    Il-qtil tal-għasfur kbir roża li waqaf Malta għal-lejl biex jistrieħ hu u sejjer lejn it-tramuntana darras u qażżeż.

    Ili ma nisma’ kliem dispreġjattivi u ta’ kundanna daqs kemm smajt lejn min wettaq dan l-att. Qtil bħal dan mhux biss hu kodard imma ma jagħmel l-ebda sens ħlief għal min hu ossessjonat biex akkost ta’ kollox, iġemma’ l-katavri tal-għasafar. Fost l-aktar li smajt jikkundannaw lill-qattiel kien hemm kaċċaturi li naf u li ġieli jipprovaw jiskużaw lil uħud minn sħabhom meta jikkommettu xi abbuż. Din id-darba le.

    Niskanta kif baqgħu jsiru fostna eċċessi inkredibbli lejn l-annimali (mhux biss il-“ħielsa” imma anki dawk domestiċi),. Għax sadattant, is-sentiment ta’ għożża lejn l-annimali baqa’ jikber. Aktar u aktar kaċċaturi qed jinsistu bis-saħħa fuq sens ta’ responsabbiltà fil-mod kif jitgawda d-delizzju tagħhom (dan waqt li jilmentaw li r-regoli tal-lum ma jagħtux kas tajjeb tal-kondizzjonijiet ta’ pajjiżna),.

    Ħabib tiegħi qalli li l-eċċessi dejjem kienu jsiru. Sempliċement illum jiġu rapportati aħjar. Skont hu, aktar messni niskanta bl-abbużi li jsiru fuq tfal u nisa, li għadhom mhumiex rapportati tajjeb.

    PIERRE MAUROY

    Pierre Mauroy li miet fi tmiem il-ġimgħa l-oħra, kien soċjalista mill-“qodma”. Ħareġ minn naħa ta’ Franza karga bil-familji ta’ ħaddiema industrijali għatxana għal trattament aħjar fil-postijiet tax-xogħol u fl-għajnuna soċjali tal-istat. Baqa’ fidil lejn is-soċjaliżmu demokratiku fl-istrateġiji li segwa matul is-snin diffiċli ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjija meta Franza kellha (bħar-Renju Unit), taċċetta r-realtà li żmien l-imperi kien għadda.

    Fis-snin tmenin tas-seklu l-ieħor, il-President Mitterrand ħatar lil Mauroy Prim Ministru għal tliet darbiet. Għall-aħħar ħatra, tah direttivi biex iwaqqaf il-mewġa ta’ nazzjonalizzazzjoni li hu kien nieda biex iwettaq il-wegħdi li Mitterrand stess għamel. U riformi soċjali li Mitterrand ukoll kien wiegħed kellhom jistennnew.

    Tajjeb jew ħażin Mauroy telaq biex iwettaq dan l-inkarigu, li żgur kien iebes għalih.

    EXEMPLAR FIDEI

    Hekk jismu s-CD ta’ marċi brijużi li ħarġet is-Soċjetà Filarmonika Victory tax-Xagħra, fost tal-ewwel fl-istaġun tal-festi għal dis-sena. Is-CD ġie rekordjat fl-1 ta’ Marzu (surmast direttur Joseph Galea, assistent surmast Ivan Attard), u nħadem b’mod impekkabbli f’Għawdex. Jikkommemora l-115-il sena mit-twaqqif tas-soċjetà u t-325 anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa tax-Xagħra.

    Ma nistax nilgħabha li jien xi espert fil-marċi għalkemm għandi kollezzjoni sabiħa tagħhom fuq CD. Madankollu dan hu album interessanti ħafna, b’numri tal-widna maħduma għall-widna, mhux biss għall-briju. Laqtuni l-aktar il-marċ tal-bidu “20th anniversary 1993-2013” (Joseph Galea), u “San Ġużepp 1938” (Joseph Azzopardi),.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook